© Festivals Malta 2020 - All rights reserved

Privacy Policy          Cookies          Press

Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija ser iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża fejn kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu l-kompożizzjonijiet Maltin tagħhom.

Irreġistra biex tirċievi informazzjoni dwar dan il-festival!

Irreġistra

18 , 19, 20 ta' Marzu 2021

Applika bejn it-28 u t-30 t'Ottubru 2020 fuq muzikamuzika.org

Applikazzjoniet u Regolamenti

Għal kull kanzunetta li tiġi sottomessa il-parteċipanti huma obbligati li jinkludu dawn:

  • Kopja skannjata tad-dikjarazzjoni iffirmata għal kull kantant/kantanta/grupp, kompożitur/i, awtur/i;

  • Kopja tal-karta ta’ l-identità u/jew passaport minn quddiem u minn wara għal kull kantant/kantanta/grupp, kompożitur/i, awtur/i;

  • Mp3s bir-recordings tal-kanzunetta kif indikat hawn:

    • Track 1 - full recording tal-kanzunetta inklużi l-backing track, main singers u backing vocals;

    • Track 2 - half playback tal-kanzunetta inklużi l-backing track u l-backing vocals, mingħajr main singer/s;

    • Track 3 - Instrumental - backing track mingħajr main singers u mingħajr backing vocals;

  • Kopja tal-lirika tal-kanzunetta je 10 kopji jekk is sottmosjoni jiġu ppreżentati fl’uffiċju ta’ Festivals Malta;

  • Ħlas:

    • Sottomisjonijiet bl-idejn: Cheque indirizzat lil Festivals Malta;

    • Sottomisjonijiet Online: Trasferiment bankarju fil-kont ta' Festivals Malta (IBAN: MT09VALL22013000000050003080132).  Kopja tat-transazzjoni tal-bank trid tiġi mhemuża ma l-applikazzjoni bħala prova ta' ħlas.

Il-kanzunetti jistgħu jiġu sottomessi bl-idejn bejn it-tmienja u għoxrin (28) u t-tletin (30) ta’ Ottubru 2020 bejn l-10:00 a.m. u 4:00 p.m. fl-uffiċċju ta’ ‘Festivals Malta’:

Festivals Malta,

13, Europa Centre,

Triq John Lopez 

Il-Furjana

jew inkella online fuq dan is-sit elettroniku.

Niżżel L-applikazzjonijiet Neċessarji: