© Festivals Malta 2020 - All rights reserved

Privacy Policy          Cookies          Press

Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija ser iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża fejn kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu l-kompożizzjonijiet Maltin tagħhom.

Irreġistra biex tirċievi informazzjoni dwar dan il-festival!

Irreġistra

18 , 19, 20 ta' Marzu 2021

Dwar Mużika Mużika

Mużika Mużika ... Festival Kanzunetta Maltija ser iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża fejn kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu l-kompożizzjonijiet Maltin tagħhom.

 

Edizzjonijiet passati ta’ dan il-festival tilfu triqathom matul iż-żmien, b’kanzunetti miktubin minn awturi u kompożituri internazzjonali, lirika bil-lingwa Ingliża u mużika rrekordjata. Bis-saħħa ta’ dan il-festival aħna nixtiequ nerġgħu nagħtu ġieħ lil-lingwa tagħna u lill-artisti tagħna, billi noffru bażi soda u prestiġjuża fejn tista’ tindaqq, u tiġi apprezzata il-mużika Maltija.

 

Permezz ta’ Orkestra live, proċess ta’ għażla tal-parteċipanti ġust u rigoruż, kif ukoll waħda mill-aqwa swali għall-akustika f’Malta, dan il-Festival ser ikun qed jagħti żbokk ta’ livell għoli għall-Kanzunetta Maltija.

 

Tlett iljieli ta’ mużika, b’ċelebrazzjoni tal-lingwa nazzjonali tagħna u tat-talent lokali li tant huwa abbundanti, dan il-Festival ser joffri spazju xieraq u kif suppost lill-Kanzunetta Maltija.