P
A
R
E
T
Ċ
I
P
A
N
T
I
IL-BILJETTI GĦALL-BEJGĦ DALWAQT
Festa
Artista: Hannah
Kompożituri: Philippa Naudi u Bettina Muchmore
Awturi: Philippa Naudi, Bettina Muchmore u Lara Agius
Ħsibijiet
Artisti: Kapitlu Tlettax u Ema
Kompożituri: Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas, Edward Magri u Cyprian Cassar
Awturi: Joseph Mario Calleja, Liston Bongailas u Emil Calleja Bayliss
Stajna Konna Aħna
Artist: Jamie Cardona
Kompożituri: Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur, u Shaun Farrugia
Awturi: Jamie Cardona u Aleandro Spiteri Monsigneur
DWAR
MUŻIKA MUŻIKA
Mużika Mużika huwa festival li jiċċelebra l-mużika u l-lingwa Maltija. Dan il-festival joffri pjattaforma lill-artisti lokali biex jesebixxu t-talenti tagħhom permezz ta’ kompożizzjonijiet bil-Malti interpretati ma’ orkestra live.
Dan il-festival, li kien magħruf bħala l-Festival Kanzunetta Maltija, reġa’ ingħata l-ħajja fl-2021 bl-ewwel edizzjoni li saret mingħajr udjenza preżenti fis-sala.
Din l-edizzjoni kienet intlaqgħet b’rispons pożittiv kemm mill-udjenza televiżiva, kif ukoll mill-parteċipanti li ħadu sehem – bl-ewwel kanzunetta rebbieħa kienet ‘ĦARSA BISS’ interpretata minn Glen Vella, b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u kompożizzjoni ta’ Philip Vella.
Fis-snin ta’ wara Mużika Mużika kompla jikseb popolarità mas-segwaċi tiegħu u sar magħruf bħala wieħed mill-aktar pjattaformi prestiġjużi u ta’ livell għoli għall-mużika Maltija.