Artist
Cliff Zammit Stevens
Kompożitur
Philip Vella
Awtur
Joe Julian Farrugia
Artist
Cliff Zammit Stevens
Kompożitur
Philip Vella
Awtur
Joe Julian Farrugia
Ġenna Fl-Art
Sinopsi
F'Kull aspett tal-ħajja, il-qalb tistrieħ fik bħalma tistrieħ fil-mużika. Hija emozzjoni li diffiċli tesprimiha bil-kliem. Bik ħdejja, bħall-mużika nħossni f’ġenna tal-art u rebbieħ dejjem. Wegħedni li fil-ġejjien ma tħallinix, jiġri x’jiġri fil-ħajja ibqa’ dejjem qribi. Ħallini ingawdi l-isbaħ jiem sakemm hemm int u sakemm nista’ ngawdi wkoll lill-mużika. Bik u bil-mużika x’jonqosni iktar? Għalija intom ‘Ġenna fl-Art’.
Bijografiji
Cliff Zammit Stevens
Artist
Cliff Zammit Stevens hu tenur Malti magħruf l-aktar fil-qasam tal-mużika klassika u tal-opra. B'karriera internazzjonali ta’ suċċess, irnexxielu jikseb akklamazzjoni għall-vuċi qawwija tiegħu u l-interpretazzjonijiet affaxxinanti ta' diversi repertorji mużikali. Huwa magħruf għall-kollaborazzjonijiet tiegħu ma' kantanti, orkestri u kundutturi stmati. Cliff ikkollabora wkoll ma’ kantanti lokali li magħhom nieda kanzunetti bħall-kollabarazzjoni ma’ Ira Losco, li flimkien ħarġu verżjoni ġdida tal-kanzunetta ‘Xemx’ li ntlaqat tajjeb ferm mal-pubbliku.
Cliff Zammit Stevens hu gradwat mir-Royal College of Music u ġie deskritt bħala 'rivelazzjoni' (Daily Express), u 'eċċezzjonali' (Opera Magazine). Ir-Repertorju operattiv tiegħu jinkludi Otello (Rossini), Don José (La Tragédie de Carmen), Lensky (Eugene Onegin), U Don Ottavio (Don Giovanni), fost ħafna oħrajn.
It-tenur kanta wkoll f’uħud mill-aqwa teatri fosthom ir-Royal Albert Hall fl-Londra, Théâtre des Champs-Elysées fi Franza, kif ukoll Glyndebourne l-Ingilterra.
Fl-2024, Cliff kiseb it-tielet post f’Mużika Mużika bil-kanzunetta tiegħu ‘Fil-Qrib’, li marret tajjeb ħafna mas-segwaċi tal-mużika Maltija.
Philip Vella
Kompożitur
Philip tgħallem idoqq il-kitarra minn eta’ tenera, u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta wkoll. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal bosta artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-rekordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, illum-il ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Philip rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li kkompona hu stess, fosthom f'Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija, u L-Għanja tal-Poplu. Hu kiseb riżultati prestiġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta ‘7th Wonder’. Philip ħa sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, fl-Olanda, fit-Turkija, fil-Bulgarija, fl-Islovenja, fil-Belgju, u oħrajn.
Philip iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom ‘El Mellaħa’ u aktar riċenti, ‘Naħal tal-Imħabba’..
Joe Julian Farrugia
Awtur
Joe Julian Farrugia huwa kittieb u xandar. Fis-snin disgħin beda jieħu sehem fil-festivals nazzjonali b’mod regolari. Ħu rebaħ għadd ta’ festivals lokali fosthom il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013 u Mużika Mużika 2021 u 2023. Fost festivals internazzjonali, rebaħ il-Festival Discovery tal-Bulgarija darbtejn, u l-Festival Ti Amo tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb xogħlijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, pantomimi u musicals bħal ‘Caravaggio The Musical’. Kiteb il-Kor Sinfoniku ‘Elfejn u Tmintax’ għall-ftuħ tal-Valletta 2018, u ‘Malta: The Place To Be’ - mini-musical li rrappreżenta lil Malta fl-Expo ta’ Dubai. Ħareġ ħames kotba: erbgħa b’bijografiji ta’ personaġġi Maltin ‘Għamlu Isem’ u r-rumanz ‘Strada Stretta’. Hu beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara xi żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, ipproduċa u kiteb il-maġġoranza tal-episodji ta’ ‘Bijografiji’. Kiteb ukoll għadd ta’ episodji ta’ drama għat-televiżjoni fosthom ‘Simpatiċi’ u ‘Il-Prinċipal’, kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju ‘Joe Julian Filgħodu’.