top of page

Ġranet Sbieħ

Ġranet Sbieħ

Sinopsi

Ġranet Sbieħ tispjega t-tranzizzjoni li ssir meta adult isir ġenitur. Il-ġranet isiru dejjem mimlijin, u dejjem għandek x’tagħmel, għaliex jeħtieġ responsabilità kbira li trabbi. Però lil hinn mill-iljieli mfarrka, lil hinn min-nuqqas ta’ ħin għalik nnifsek, lil hinn mill-kwiet li xi darba kont tgawdi ġewwa darek, il-ġranet huma dejjem sbieħ.


Bijografiji


Kantant | Awtur  – Mark Micallef Costa

Mark Micallef Costa huwa l-awtur u l-kantant tal-kanzunetta Ġranet Sbieħ. Huwa kiteb il-mużika tal-kanzunetta flimkien mal-band tiegħu SterjoTipi. Mark huwa l-kantant prinċipali ta’ SterjoTipi li ilhom attivi fix-xena lokali għal dawn l-aħħar sitt snin. Mark kiteb ħafna mil-kanzunetti ta’ SterjoTipi, fosthom Int u Jien, Supereroj u Fjura li ndaqqet ħafna fis-sajf li għadda fuq ir-radjijiet lokali. Mark kiteb ukoll l-kanzunetta Fuq Pultruna li ħa sehem biha fl-edizzjoni ta’ Mużika Mużika tal-2023. Mark Micallef Costa ilu jistudja l-mużika sa minn età żgħira, u apparti li huwa kantant, u kantawtur, u kompożitur, huwa wkoll idoqq il-pjanu. Mark sar missier għall-ewwel darba fl-2023 u flimkien mal-mara tiegħu Roberta huwa joqgħod ir-Rabat, Malta.

 

Kompożituri - SterjoTipi

Iffurmata f’Ottubru 2017, SterjoTipi hija band Maltija magħmula minn erba’ mużiċisti, li ilhom fix-xena mużikali ta’ Malta għal madwar għaxar snin. Il-band hija iffurmata minn: Mark M Costa [frontman u keyboardist], Stefan Grech [kitarrist ewlieni], Roderick Borg [drummer] u Gabrijel Mansueto [bassist u backing vox]. SterjoTipi ħarġu numru ta’ kanzunetti oriġinali, li kollha ntlaqgħu tajjeb mill-partitarji u s-segwaċi tagħhom.

Artist

Kompożitur

Awtur

Mark Micallef Costa

SterjoTipi

Mark Micallef Costa

Artist

Mark Micallef Costa

Kompożitur

SterjoTipi

Awtur

Mark Micallef Costa

bottom of page