
Ħares 'il Fuq

Ħares 'il Fuq
Sinossi
Il-kanzunetta ‘Ħares ’il Fuq’ hija konversazzjoni bejn missier il-kantawtur Carmelo Scerri u l-kantawtur Jason Scerri, fejn il-missier qed jirrakkonta l-esperjenzi tiegħu u jagħti pariri lil ibnu, li m’għandu qatt jaqta’ qalbu, iħares lejn il-ħajja b’pożittività, ħidma u ferħ billi jagħmel u jkun dak li tixtieq qalbu.
Bijografiji
Jason Scerri – Artist, Kompożitur u Awtur
Jason, kantawtur mir-Rabat, Malta, iggradwa fil-arti performattiva mill-‘Millennium Performing Arts College’f’Londra. Għal 15-il sena kanta u żifen f’diversi musicals fil-Ġermanja fosthom ‘My Fair Lady’, ‘West Side Story’, ‘Cats’, ‘We Will Rock You’, ‘Mamma Mia’ u ‘Evita’. Qabel il-pandemija huwa kien kantant residenti fit-teatru tal-cruise liner prestiġjuż ‘Costa Favolosa’. Fl-2022 ħa sehem fil-musical ‘Il-Kbir Għadu Ġej’. L-ewwel tliet kanzunetti li qatt kiteb kienu għal oħtu, il-kantanta Debbie Scerri. Dawn il-kanzunetti jinsabu fl-ewwel album tagħha ‘Having You’. Fl-2007 Debbie Scerri ħadet sehem fl- ‘International TV Song Festival’ bil-kanzunetta ‘Bla Ma Nwettaq Xejn’ miktuba minn Jason stess. Din l-istess kanzunetta tradotta minnu għal-lingwa Ingliża ġiet kantata mill-kantant Belġjan Max Colombie.
L-ewwel album ta’ Jason bit-titlu ‘So Complete’ ġie irrekordjat fil-Ġermanja.
Wara li għal diversi snin ipparteċipa f’numru ta’ festivals barra minn pajjiżna, ‘Mużika Mużika’ huwa l-ewwel festival f’Malta li fih irnexxielu jasal sas-semifinali bħala kantawtur. Jason jiddedika ‘Ħares ’il Fuq’ lill-familja, ħbieb u kollegi tiegħu fl-‘Esplora’.
Niżżel il-Lirika

Artist
Jason Scerri

Kompożitur
Jason Scerri
