Ħarsa Biss

Kantant

Glen Vella

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Joe Julian Farrugia

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinossi

Glen Vella

Kantant, kompożitur u għalliem tal-vuċi, Glen beda l-karriera tiegħu fil-kant fl-età ta’ tlettax-il sena. Studja l-vuċi u l-pjanu kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika. Huwa ċċertifikat mill-Victoria Music and Arts College ta’ Londra biex iħarreġ il-vuċi.


Glen kiseb il-popolarità tiegħu fix-xena lokali wara li għal bosta snin kien kantant residenti fi programmi televiżivi. Dan minbarra numru kbir ta’ musicals li ħa sehem fihom. Bla dubju li wieħed mill-ikbar suċċessi ta’ Glen kemm f’Malta u anki barra minn Malta kien fl-2011 meta rrappreżenta ‘l pajjiżna fil-“Eurovision Song Contest” bil-kanzunetta “One Life”.


Matul il-karriera tiegħu, Glen ikkolabora ma’ diversi kant-awturi Maltin u barranin, kanta f’kunċerti kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna. Kien solista fl-ispettaklu “Elfejn u Tmintax”, is-sinfonija korali li tnediet fuq it-turġien tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018.


Illum il-ġurnata Glen jagħmel parti mill-kor gospel Animae, li tiegħu huwa wkoll fundatur. Barra minn hekk, huwa wieħed mill-għalliema tal-vuċi f’VocalBooth Studios u ilu għal diversi snin iħarreġ lill-istudenti tiegħu fuq il-sillabu Rock n’ Pop Vocal ta’ Trinity College ta’ Londra. Huwa wkoll jidderieġi VocalTroupes.


Philip Vella

Minn eta’ tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal diversi artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-recordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna.


Għaldaqstant, illum-il ġurnata, Philip   huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom il-festivals: “Malta Eurovision Song Contest”; “Festival tal-Kanzunetta Maltija”; “L-Għanja   tal-Poplu” u “L-Għanja   tal-Poplu Żgħażagħ”. Kiseb rizultati prestiġjużi   fosthom it-tieni post fis-sena 2002 bil-kanzunetta   “7th Wonder”. Ha sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn   kiseb riżultati prestiġjuzi fosthom fi Franza, Olanda, Turkija, Bulgarija, Slovenja, Belġju u oħrajn.


Iħobb ħafna lil-raħal twelidu,   il-Mellieħa u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom: “El Mellaħa” u aktar riċenti, “Naħal tal-Imħabba”.


Joe Julian Farrugia

Joe Julian Farrugia huwa kittieb, xandar   u awtur tal-lirika. Fis-snin disgħin beda jieħu sehem fil-festivals   nazzjonali ta’ pajjiżna b’mod regolari. Fl-1999 kellu kanzunetta magħżula   mill-American Airlines biex tindaqq kull meta tintalab diska minn Malta fuq   l-ajruplani tagħhom. Rebaħ għadd ta’ festivals lokali fosthom il-“Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta   Maltija” 2013. Fost festivals internazzjonali,   rebaħ darbtejn il-Festival Internazzjonali “Discovery “li   jsir fil-Bulgarija u l-Festival “Ti Amo” tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb il-Kor Sinfoniku “ELFEJN U TMINTAX” li fetaħ is-sena tal-Valletta 2018   uffiċjalment. Kiteb xogħolijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali,   ballata, musicals u l-pantomima bil-Malti tal-Milied 3 darbiet. Ħareġ   erba’ kotba ta’ bijografiji ta’ personaġġi Maltin. Beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa, idderieġa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, kien producer tal-programm “Bijografiji” u kiteb il-maġġoranza tal-episodji. Kiteb ukoll   għadd ta’ drama ghat-televiżjoni, kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju Bonġu Kafé ma’ Joe Julian.

Minkejja r-rabtiet, nitolbok ma tabbandunax ir-relazzjoni sigrieta tagħna. Nibqa’ nistennik titla’ ħdejja għal dak il-ftit ħin, li minkejja li ma jiġrux spissi, dejjem infittxuhom it-tnejn li aħna. Tħalli lil ħadd jinduna u lili dejjem issibni nistenniek. Iddumx ma tiġi, għalkemm jekk ma tiġix nifhem is-sitwazzjoni tiegħek u nittama li tkun darb’oħra. Imma meta tiġi, t-tqanqiliet ma jitfissrux bil-kliem... issaħħarni anki b’ħarsa waħda. L-intimità ta’ bejnietna ma jifhimha ħadd ħlief aħna... ftit ħin li minnu ma nitilfu xejn. Kif ħdejja, għalkemm għal ftit ħin, inħossni fl-aħjar mumenti tiegħi. U għalkemm forsi llum ma tiġix... nibqa’ nittama li nerġa’ nara dik il-ħarsa waħda tiegħek li tagħtini l-isbaħ waqtiet.

Kantanti, Kompożiturti u Awturi