top of page

Artist

Lisa Gauci

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Artist

Lisa Gauci

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Aħjar

Sinopsi

Meta fil-ħajja tgħaddi minn ċerti esperjenzi tirrealizza li biex tikber, timmatura u tkun kuntent b’min vera int, dejjem għandek tfittex li tkun aħjar. Titgħallem mill-esperjenzi tal-passat, minn dawk pożittivi u dawk negattivi u timxi 'l quddiem. Is-saħħa mentali tiegħek trid tagħmilha  prijorità u m’għandekx tibża’ tpoġġi lilek innifsek l-ewwel u qabel kollox, għax b’hekk biss int tkun tista’ tkun aħjar.

Bijografiji

Lisa Gauci

Artista

Lisa Gauci hija artista ta' 18-il sena li bdiet il-karriera tagħha ħames snin ilu, meta kellha 13-il sena.

Matul il-vjaġġ tagħha, ħadet sehem f’diversi festivals u kompetizzjonijiet tal-kant. Hija rebħet The Entertainers Singing Challenge tal-2021 li xxandar fuq NET TV u s-sena ta’ wara, proprju fl-2022, Lisa spiċċat fit-tieni post fit-tielet edizzjoni ta’ X Factor Malta. Wieħed jista’ jgħid, li minkejja l-età tenera tagħha, Lisa ħalliet impressjoni pożittiva ħafna u saret wiċċ familjari mal-Maltin u l-Għawdxin.

Fl-2023, Lisa Gauci spiċċat fit-tieni post ta’ Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta ‘Jekk Mhux Int’ li kantat flimkien ma’ Drakard. Din il-kanzunetta kellha lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Cyprian Cassar.

Fl-2024, hi kellha ċ-ċans li tagħmel id-debutt tagħha fil-Eurovision Song Contest ta’ Malta permezz tal-kanzunetta ‘Breathe’. B’din il-kanzunetta, Lisa spiċċat fost l-ewwel ħamsa tal-kompetizzjoni u rebħet ukoll il-premju tal-Aqwa Artista Emerġenti.

Din is-sena se tkun qed tagħmel id-debutt tagħha bħala solista f’Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta ‘Aħjar’.

Philip Vella

Kompożitur

Philip tgħallem idoqq il-kitarra minn eta’ tenera, u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta wkoll. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal bosta artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-rekordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, illum-il ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Philip rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li kkompona hu stess, fosthom f'Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija, u L-Għanja tal-Poplu. Hu kiseb riżultati prestiġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta ‘7th Wonder’. Philip ħa sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, fl-Olanda, fit-Turkija, fil-Bulgarija, fl-Islovenja, fil-Belgju, u oħrajn. 

Philip iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom ‘El Mellaħa’ u aktar riċenti, ‘Naħal tal-Imħabba’.

Emil Calleja Bayliss

Awtur

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb il-lirika għall-kanzunetti għal dawn l-aħħar tlettax-il sena fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali u wkoll ħa sehem f’oħrajn 'l barra minn xtutna. 

Hu kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu. Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta ‘Back To’ u minn hemm qatt ma ħares lura.  

Hu kiseb l-ewwel post fil-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta ‘Dwell’ u fl-2018 bil-kanzunetta ‘Ħaġar Qim’, filwaqt li fl-2018 rebaħ il-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta ‘Mhux Kulma Jleqq Deheb’.

Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta ‘Bħal Fjura’, fl-2018 bil-kanzunetta ‘Il-Pinna’ u fl-2021 bil-kanzunetta ‘Nifs’. Fl-edizzjoni Junior tal-istess konkors,  Emil kiseb l-ewwel post fl-2019 bil-kanzunetta ‘Burdati’, fl-2020 bil-kanzunetta ‘Tfixkluniex, Tħawduniex’ u fl-2021 bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’. 

Tliet kanzunetti miktuba minnu rrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest; fl-2017 ‘Dawra Tond’, fl-2018 ‘Marchin’ On’ u fl-2020 ‘Chasing Sunsets’. Is-sena li għaddiet kien l-awtur rebbieħ ta’ Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta ‘Mhux Tal-Aħħar’ ta’ Maxine Pace fuq kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar. 