Kurt Calleja

Bla Tarf

Kantant

Kurt Calleja

Kompożitur

Kurt Calleja / Aleandro Spiteri Monsigneur / Peter Borg

Awtur

Kurt Calleja

Sinossi

Id-diska inġenerali hija ispirata minn koppja li ltqajt magħha. Din il-koppja ltaqgħu fi programm tad-droga u għamlu kuraġġ b’xulxin. Illum il-ġurnata jgawdu mħabba verament sabiħa u t-tlett itfal tagħhom li huma wisq ħelwin. F’punt fejn dawn ma kienx fadlilhom tama, tassew sabbru lil xulxin u storja negattiva dawruha f’waħda pożittiva.

Kantant

Magħruf primarjament għall-prestazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest tal-2012 bid-diska “This Is The Night”, Calleja minn dejjem wera mħabba u dedikazzjoni għall-mużika.

Kurt huwa kantawtur versatili - minn stili bħal musical theatre sa rock u pop - jikteb lirika u mużika għalih u għal artisti oħrajn. Nieda l-ewwel album tiegħu Love On Mars fl-2013 - l-istess album kien jinkludi d-diska ‘Over & Over’ li fl-2011 kienet it-tielet l-aktar favorita li tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Permezz tal-istess album Calleja għamel tour fil-Litwanja, id-Danimarka, Londra, il-Portugall, l-Italja, il-Ġermanja u l-Malasja. Fl-2016 interpreta l-karattru prinċipali fil-musical Rock Of Ages u fl-2017 kien jippreżenta programm tat-televizjoni.

Fl-2018 irrappreżenta lil Malta fil-Belarus fil-konkors prestiġġjuż Slavianski, fejn kellu jitgħallem ikanta wkoll bir-Russu. Flimkien mal-band tiegħu Narrow Lane, Calleja ta diversi wirjiet spettakolari matul is-snin u jemmen li l-aktar ħaġa li timmotivah hija li jara l-udjenza tiegħu tieħu pjaċir.

Aleandro Spiteri Monsigneur

Aleandro Spiteri Monsigneur huwa mużiċist u kompożitur ta’ 22 sena, magħruf l-iżjed għar-rwol tiegħu bħala keyboardist fil-band lokali Red Electrick. Gradwat bl-unuri fil-mużika mill-Università ta’Malta, Aleandro jaħdem ma’ diversi artisti lokali fuq aspetti ta’ kompożizzjoni, arranġamenti u kitba, spiss f’kollaborazzjoni diretta ma’ Peter Borg ġewwa Railway Studios. Il-maġġoranza ta’dawn il-kollaborazzjonijiet irriżultaw f’kanzunetti li sabu posthom fuq it-Top 10 Charts lokali u li laħqu udjenzi numerużi. L-esperjenza li kiseb Aleandro tul is-snin permezz tal-ħidma diretta ma’ kompożituri u producers rinomati barranin, fosthom ġewwa Los Angeles u Londra, taw lil Aleandro perspettiva moderna u matura fuq il-kompożizzjoni u fuq x’jista’jagħmel is-smigħ ta’ diska mument speċjali. Barra dan, Aleandro jikkomponi wkoll xogħlijiet orkestrali u għal chamber groups li kemm-il darba ġew interpretati mill-Malta Philharmonic Orchestra u minn ensembles oħra, mhux biss f’Malta iżda anke ġewwa l-Italja, il-Latvja u l-Awstrija.

Peter Borg

Peter Borg - Mużiċist full time professjonali b’iktar minn tlettax-il sena esperjenza fl-industrija tal-mużika. Peter stabbilixxa ruħu bħala persuna prominenti fl-industrija fil-qasam tal-kitba tal-kanzunetti, il-produzzjoni tal-mużika, il-kitarra u bħala mentor tal-artisti. Huwa l-fundatur u s-sid ta’ Railway Studios, fejn ħadem fuq kważi 700 kanzunetta fl-għaxar snin li ilu għaddej. Ħadem ma’ ħafna artisti ġewwa Malta, Londra u Los Angeles fil-qasam tal-kitba tal-kanzunetti u l-produzzjoni tal-mużika, kif ukoll fir-rekording tal-kitarra għal bosta artisti. Peter huwa wiehed mill-membri fundaturi tal-grupp lokali Red Electrick li għal dawn l-aħħar tnax-il sena kisbu suċċess u saru household name ġewwa pajjiżna.

Awtur

Magħruf primarjament għall-prestazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest tal-2012 bid-diska “This Is The Night”, Calleja minn dejjem wera mħabba u dedikazzjoni għall-mużika.

Kurt huwa kantawtur versatili - minn stili bħal musical theatre sa rock u pop - jikteb lirika u mużika għalih u għal artisti oħrajn. Nieda l-ewwel album tiegħu Love On Mars fl-2013 - l-istess album kien jinkludi d-diska ‘Over & Over’ li fl-2011 kienet it-tielet l-aktar favorita li tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Permezz tal-istess album Calleja għamel tour fil-Litwanja, id-Danimarka, Londra, il-Portugall, l-Italja, il-Ġermanja u l-Malasja. Fl-2016 interpreta l-karattru prinċipali fil-musical Rock Of Ages u fl-2017 kien jippreżenta programm tat-televizjoni.

Fl-2018 irrappreżenta lil Malta fil-Belarus fil-konkors prestiġġjuż Slavianski, fejn kellu jitgħallem ikanta wkoll bir-Russu. Flimkien mal-band tiegħu Narrow Lane, Calleja ta diversi wirjiet spettakolari matul is-snin u jemmen li l-aktar ħaġa li timmotivah hija li jara l-udjenza tiegħu tieħu pjaċir.

B'kollaborazzjoni ma'