Mykill ft. Lyndsay u Il-Kalakku

Dak Kien Żmien

Kantant

Mykill ft. Lyndsay u Il-Kalakku

Kompożitur

Michael Cini

Awtur

Matthew Attard

Sinossi

“Dak Kien Żmien” hija kanzunetta rap fuq stil reggaeton. Fil-kanzunetta nsemmi karatteristiċi u personaġġi Maltin u kemm għandna nkunu kburin b’pajjiżna u wisq iktar bil-lingwa. Ridt ukoll inqabbel iż-żmien tal-passat mal-preżent fejn kważi kważi llum il-gurnata qegħdin ngħixu f’dinja virtwali. Ippruvajt ukoll nimmaġina lili nnifsi meta nkun imdaħħal sew fiż-żmien u l-aktar punti importanti li ridt nolqot huma jien min jien bħala awtur u rapper, minn fejn ġej u minn fejn bdejt, u l-aħħar u mhux l-inqas kemm il-muzika għandha parti importanti f’ħajjitna kollha. L-ispirazzjoni wara din il kanzunetta kienet li nippruvaw noħolqu mużika bħalma aħna mdorrijin nisimgħu fuq pjattaformi u stazzjonijiet internazzjonali, imma bil-Malti, u li tkun tista’ tindaqq f’postijiet differenti, kif ukoll li noħolqu tbissima fuq fomm kull min ikun qed jismagħha. Lirikament ippruvajt nolqot ħafna punti importanti u differenti u naħseb li rnexxieli noħloq diska hekk kif jgħidu “tal-widna”. Nemmen li wara l-pandemija li għaddejna minnha “Dak Kien Zmien” ħa tkun bħal xarba friska li tmur tajjeb mal-udjenza.

Kantant

Lyndsay Pace

Lyndsay hija kantanta u awtriċi Maltija li twieldet fit-12 ta’ Marzu 1990. Kellha passjoni aħħarija għall-mużika minn età relattivament żgħira, permezz ta’ kull wirja fuq il-palk. Bħala artista, Lyndsay tispikka minn atti lokali fl-industrija tal-mużika għaliex dejjem tippreżenta ruħha b’mod professjonali filwaqt li tinkorpora stamina, attitudni u enerġija pura. Lyndsay ħadet sehem f’diversi festivals lokali kif ukoll internazzjonali bħal Britain’s Got Talent 2014, Malta Eurovision Song Contest 2015, X Factor Malta 2019, Harbtex Carpathia Festival 2019, Fan Vision Song Contest 2021 u riċentement Muzika Mużika 2022. Lyndsay ħarġet ukoll diversi kanzunetti originali li kklassifikaw fil-quċċata tal-istazzjonijiet tar-radju. Lyndsay ġiet ukoll nominata għal “Bay Music Awards” u “Malta Music Awards” b’titli prestiġġjużi bħal “Best Solo Artist” u “Best Song” f’dawn l-avvenimenti. Fost ħafna proġetti, Lyndsay bħalissa qed taħdem fuq id-debutt tal-ewwel album tagħha “Dopamine” flimkien ma’ awturi u kompożituri mill-Ingilterra.


Mykill

Għal aktar minn 22 sena, Mykill stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa DJs ta’ Malta, b’residenza fl-akbar postijiet bħal Café del Mar, Gianpula, Isle of MTV festival u l-avvenimenti ewlenin kollha nazzjonali u internazzjonali minn Pacha, G7, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Amsterdam Dance Event. Mykill beda l-istint mużikali tiegħu bħala kitarrist u front man ta’ punk band fis-snin 90 u eventwalment partat il-kitarra elettrika tiegħu għal par turntables u mixer. Huwa ħadem għal ħafna snin biex finalment sar magħruf bħala DJ oriġinali u showman minnu nnifsu. Mykill huwa party DJ, u meta jieħu f’idejh id-DJ stand, l-art taż-żfin tieħu l-ħajja immedjatament, hekk kif jagħti track wara track, qatt ma jagħżel dak li husikur iżda sempliċiment jinteraġixxi mal-folla tiegħu irrispettivament minn x’tip ta’ klabb ikun. Mykill iħobb ukoll jingħaqad ma’ varjetà ta’ mużiċisti fis-sett tiegħu, b’solos impromptu fil-mixes tiegħu akkumpanjati minn ħsejjes differenti. Wieħed mill-progetti l-aktar popolari tiegħu huwa Mykill & Brass, fejn idoqq bit-trumbetta, is-sassofonu u l-istrumenti tal-perkussjoni.


Il-Kalakku

Matthew Attard, magħruf aktar bħala “Il-Kalakku”, twieled fil-21 ta’ Ottubru 1997 u trabba fir-raħal żgħir ta’ Ħal Luqa. Il-Kalakku beda l-karriera mużikali tiegħu lura fl-2013 fl-età ta’ 16-il sena u dejjem kiteb il-lirika hu stess. Id-debutt professjonali tiegħu kien fl-2017 bid-diska “Bis-Saħħa”, u minn hemm il-Kalakku kompla jaħdem u jesperimenta bi ħsejjes u mużika differenti għal mar-rap tiegħu kif ukoll ippartecipa f’diversi attivitajiet muzikali u anka “rap battles”. L-iktar ħaġa li l-Kalakku jgħożż fix-xena tar-rap hi l-ispirtu pront fejn dan hu riflessjoni wkoll ta’ ħajtu. Fid-diski tiegħu l-Kalakku jirrepja fuq ġrajjiet kurrenti, sitwazzjonijiet tal-ħajja, stejjer li joħolqu tbissima kif ukoll fuq nies għeżież għalih bħan-nanna u ibnu stess. It-tir principali tal-Kalakku huwa wieħed li bir-rap jagħti leħen lil min m’għandux vuċi.

Kompożitur

Meta Mykill kien ippreżentat bl-opportunità li jaħdem fuq kanzunetta oriġinali bil-Malti, ikollu jammetti li kien eċitat u kuntent ħafna. Mykill dejjem iħobb iħallat stili differenti ta’ mużika imma normalment il-produzzjonijiet tiegħu jikonsistu f’remixes orjentati jew club music. Dan il-proġett kien l-ewwel darba li Mykill proprju kkompona għal konkors nazzjonali u għalhekk ried joqrob iktar lejn udjenza kummerċjali. Mykill minn dejjem kellu l-idea li jikkollabora mal-kantanta Lyndsay u bla dubju Mużika Mużika kienet tassew opportunità perfetta biex jaħdmu flimkien. Meta ddiskutew l-istruttura t-track qablu li r-rapper maskili ma’ chorus femminili jkun ideali ħafna u b’hekk Lyndsay avviċinat lill-Kalakku u ngħaqad il-grupp. Fir-rigward tal-produzzjoni, Mykill ried jagħti lis-semmiegħa tiegħu l-ħsejjes Mediterranji fuq stil pop, reggaeton u dancehall b’ritmu mexxej fejn intużat l-aħħar teknoloġija moderna. Mykill jittama li l-kanzunetta “Dak Kien Żmien” tiġi apprezata kemm jista’ jkun għaliex jemmen fil-ħoss oriġinali tagħha u jaħseb ukoll li l-appell ġenerali se joħloq messaġġ pozittiv ħafna.

Awtur

Matthew Attard, magħruf aktar bħala “Il-Kalakku”, twieled fil-21 ta’ Ottubru 1997 u trabba fir-raħal żgħir ta’ Ħal Luqa. Il-Kalakku beda l-karriera mużikali tiegħu lura fl-2013 fl-età ta’ 16-il sena u dejjem kiteb il-lirika hu stess. Id-debutt professjonali tiegħu kien fl-2017 bid-diska “Bis-Saħħa”, u minn hemm il-Kalakku kompla jaħdem u jesperimenta bi ħsejjes u mużika differenti għal mar-rap tiegħu kif ukoll ippartecipa f’diversi attivitajiet muzikali u anka “rap battles”. L-iktar ħaġa li l-Kalakku jgħożż fix-xena tar-rap hi l-ispirtu pront fejn dan hu riflessjoni wkoll ta’ ħajtu. Fid-diski tiegħu l-Kalakku jirrepja fuq ġrajjiet kurrenti, sitwazzjonijiet tal-ħajja, stejjer li joħolqu tbissima kif ukoll fuq nies għeżież għalih bħan-nanna u ibnu stess. It-tir principali tal-Kalakku huwa wieħed li bir-rap jagħti leħen lil min m’għandux vuċi.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Mykill ft. Lyndsay u Il-Kalakku

Michael Cini

Matthew Attard

Dak Kien Żmien

Kantant

Mykill ft. Lyndsay u Il-Kalakku

Kompożitur

Michael Cini

Awtur

Matthew Attard