Victoria

Fittixni

Kantant

Victoria

Kompożitur

Gilbert 'Bibi' Camilleri

Awtur

Lon Kirkop

Sinossi

In-nuqqas t’għarfien tal-qawwa li tinsab fik, flimkien mal-influwenzi esterni, kultant iwassluk biex twarrab u tinsa dak li jagħmlek int. Faċilment tista’ tintilef qalb mewġ il-ħajja li jtemm dak li verament int biex iwelled verżjoni mhux awtentika tiegħek innifsek.


Imma dak mhux it-tmiem, għax ix-xewqa ċkejkna tikber u tinbidel f’karba interna lejn dak li xi darba kont, biex tfittxek qalb l-imkejjen li jkunu kkunsmawk għalkollox. Biex xi darba, ’il bogħod mil-ħajja materjali ssib min int.

Kantant

Imwielda fis-7 ta’ Novembru 2000, Victoria minn mindu kienet għadha zgħira wriet li kellha passjoni kbira lejn il-mużika, speċjalment meta bdiet taqsam it-talent tagħha ma’ ħaddieħor.

Minn ta’ età ċkejkna, Victoria pparteċipat f’diversi kompetizzjonijiet bħall-Junior Eurovision, San Remo Junior, The Entertainers Singing Challenge u riċentement ukoll X Factor Malta.


Victoria mhux biss hi kantanta, imma awtriċi wkoll. Is-sena l-oħra Victoria ħarget l-ewwel kanzunetta oriġinali bl-isem ta’ “One Thing” fuq mużika ta’ Cyprian Cassar u lirika tagħha stess, li tniżżletmal-aqwa għaxar diski ta’ Malta.


Fl-2020 stess, Victoria ħadet sehem fil-konkors tas-sbuħija Miss World Malta u kklassifikat mal-aqwa ħamsa.


Victoria bħalissa qed taħdem fuq materjal ġdid oriġinali bil-għan li fil-futur qarib toħroġ album b’kanzunetti b’kitba tagħha stess.

Kompożitur

Gilbert ‘il-Bibi’ Camilleri twieled fit-23 ta’ Lulju 1979 f’familja ta’ mużiċisti fosthom in-nannu Frank ‘il-Bibi’ Camilleri, li kien pijunier tal-mużika Jazz f’pajjiżna. Missier Gilbert, Joseph ‘il-Bibi’ Camilleri, ukoll hu mużiċist. Gilbert beda jitgħallem il-pjanu ta’ seba’ snin mal-Professur Charles Zammit. Fis-sena 1994 ħa sehem fil-Festival tal-Għanja tal-Poplu bħala kompożitur bil-kanzunetta “Ġewwa Paceville”fuq kliem ta’ Vince Zammit u kantata minn Paul ‘Bibi’ Camilleri, kanzunetta li rebħet l-aħjar lirika u l-aqwa tema soċjali. Fl-1998 ġie l-ewwel post r’festival imtella’ mill-G.W.U bil-kanzunetta li kkompona hu stess “Tlaqt mal-Mewġ” fuq lirika u kantata minn Bernice Camilleri. Fl-2006 ġie t-tielet post fl-istess festival bil-kanzunetta “Fjamma ta’ Mħabba”fuq lirika ta’ Vince Zammit u kantata minn Chantal Michel. F’Marzu 2021, il-kanzunetta “Għajejt Inħobb” li kkompona hu stess, fuq lirika ta’ Rita Pace u kantata minn Christian Arding, ikklassifikat fit-tieni post waqt l-ewwel edizzjoni tal-festival Mużika Mużika. L-istess diska rebħet ukoll il-premju għall-aħjar interpretazzjoni. Gilbert kiteb bosta kompożizzjonijiet għal diversi short films u trailers ta’ kotba Maltin fosthom tal-awtur Gino Lombardi u hu wkoll il-pjanist residenti fil-programm Arani Issa. Gilbert huwa mużiċist mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta bħala prim pjanist u perkussjonist.

Awtur

Lon Kirkop hu awtur u artist viziv li jispeċjalizza l-iżjed fil-kitba tad-drammi u l-kotba, u l-printmaking. L-imħabba lejn l-arti, il-kitba u t-teatru bdiet minn età żgħira u llum fix-xogħol tiegħu jgħaqqad flimkien dawn it-tliet dixxiplini. Studja fl-Istitut tal-Arti Kreattiva ġewwa l-MCAST fejn fl-2017 gradwa b’B.A. (Unuri) fil-Fine Arts u bħalissa qiegħed jagħmel M.A. fil-Printmaking ġewwa l-Cambridge School of Arts fir-Renju Unit. Hu esebixxa x-xogħol viżiv tiegħu kemm f’Malta kif ukoll fi bliet oħra Ewropej, fosthom Cambridge, Derby u Brussell. Fl-2019, Lon rebaħ l-aqwa kitba bid-dramm qasir tat-triq Elektra waqt it-tieni edizzjoni ta’ The Cospicua Short Play Festival. Riċentement ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu Mitt Elf Isem Ieħor: HappyVeganGirlJules mad-dar tal-pubblikazzjoni lokali Merlin Publishers, li bih rebaħ il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2020.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Victoria

Gilbert 'Bibi' Camilleri

Lon Kirkop

Fittixni

Kantant

Victoria

Kompożitur

Gilbert 'Bibi' Camilleri

Awtur

Lon Kirkop