top of page

Artist

MARA

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Joe Julian Farrugia

Artist

MARA

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Joe Julian Farrugia

Fuq!

Sinopsi

Ix-xemx tal-għodwa titla’ għal kulħadd b’tama ġdida ta’ ħelsien u għaqda bejn il-ġnus. Ma titlax xemx biex tifred bejn kuluri, lingwi u twemmin imma tisbaħ biex flimkien inxerrdu l-għaqda u l-imħabba bejn il-bnedmin kollha. L-umanità nistgħu niċċelebrawha biss billi bħalma titla’ x-xemx, ngħollu idejna ’l fuq, nies minn kull art, u niżfnu ż-żifna tal-imħabba. Ngħidu le għall-gwerra u nfasslu ġejjieni sabiħ ta’ sliem u kuntentizza. Jiġri x’jiġri ma nwaħħlu qatt f’xulxin u ma nużawx id-differenzi biex ninfirdu imma biex niċċelebraw ġmiel il-fraternità bla fruntieri, bla armi, imma bl-imħabba bejn kulħadd. Idejna ngħollu ’l fuq fil-libertà, vuċi waħda fl-armonija!

Bijografiji

MARA

Artisti

MARA hu ffurmat minn ħames nisa; Maria, Annabelle, Rachel, Ruth u Alexia. Il-grupp iġib l-isem ta' MARA għal żewġ fatturi: il-kantanti huma kollha nisa, u l-isem ġie mnebbaħ mill-ewwel ittri tal-ismijiet tal-kantanti stess. Il-moħħ wara dan il-grupp, li deher għall-ewwel darba f'Mużika Mużika 2022 u kiseb suċċess bil-kanzunetta ‘Aħjar Hekk Inkella Agħar’, huwa Philip Vella.

Fl-istess sena, fl-2022, MARA kellhom l-opportunità li jieħdu sehem fil-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta ‘Ħelu Manna’ fejn ikklassifikaw fit-tielet post.

Fl-2023 il-grupp MARA reġa' wasal sal-finali tal-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta, ‘Ir-Rota Tibqa’ Ddur’ fejn ikklassifikaw fir-raba' post għat-tieni darba, kif ukoll ikklassifikaw mal-aqwa tlieta mill-votazzjoni tal-ġurija esperta.

Għat-tielet sena konsekuttiva, dan il-grupp ta’ nisa kellhom l-opportunità li jipparteċipaw għal darb’oħra fl-aħħar edizzjoni ta’ Mużika Mużika, bil-kanzunetta ‘Grazzi’ fejn huma kklassifikaw fit-tieni post mill-ġurija esperta.

Apparti is-sehem tagħhom f’diversi festivals, MARA kienu parti minn sensiela ta’ kunċerti u serati matul dawn l-aħħar tliet snin.

Philip Vella

Kompożitur

Philip tgħallem idoqq il-kitarra minn eta’ tenera, u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta wkoll. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal bosta artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-rekordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna. Għaldaqstant, illum-il ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Philip rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li kkompona hu stess, fosthom f'Mużika Mużika, il-Malta Eurovision Song Contest, il-Festival tal-Kanzunetta Maltija, u L-Għanja tal-Poplu. Hu kiseb riżultati prestiġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision fis-sena 2002 bil-kanzunetta ‘7th Wonder’. Philip ħa sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġjużi fosthom fi Franza, fl-Olanda, fit-Turkija, fil-Bulgarija, fl-Islovenja, fil-Belgju, u oħrajn. 

Philip iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizzjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals fosthom ‘El Mellaħa’ u aktar riċenti, ‘Naħal tal-Imħabba’.

Joe Julian Farrugia

Awtur

Joe Julian Farrugia huwa kittieb u xandar. Fis-snin disgħin beda jieħu sehem fil-festivals nazzjonali b’mod regolari. Ħu rebaħ għadd ta’ festivals lokali fosthom il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013 u Mużika Mużika 2021 u 2023. Fost festivals internazzjonali, rebaħ il-Festival Discovery tal-Bulgarija darbtejn, u l-Festival Ti Amo tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb xogħlijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, pantomimi u musicals bħal ‘Caravaggio The Musical’. Kiteb il-Kor Sinfoniku ‘Elfejn u Tmintax’ għall-ftuħ tal-Valletta 2018, u ‘Malta: The Place To Be’ - mini-musical li rrappreżenta lil Malta fl-Expo ta’ Dubai. Ħareġ ħames kotba: erbgħa b’bijografiji ta’ personaġġi Maltin ‘Għamlu Isem’ u r-rumanz ‘Strada Stretta’. Hu beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara xi żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, ipproduċa u kiteb il-maġġoranza tal-episodji ta’ ‘Bijografiji’. Kiteb ukoll għadd ta’ episodji ta’ drama għat-televiżjoni fosthom ‘Simpatiċi’ u ‘Il-Prinċipal’, kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju ‘Joe Julian Filgħodu’.