top of page

Fuq Pultruna

Fuq Pultruna

Sinossi 

‘Fuq Pultruna’ hija kanzunetta ta’ nostalġija miktuba għal persuna partikolari li għexet ħajja sempliċi imma mimlija esperjenzi. Il-kanzunetta tispjega kif din il-persuna kienet tirrakkonta ħajjitha fuq pultruna, u kienet diversi drabi tintilef f’rakkont wara l-ieħor u taqbeż minn memorja għall-oħra ta’ ħajja twila mimlija nżul u tlajja. L-awtur jixtieq ifakkar il-memorja ta’ din il-persuna, u fl-istess ħin jispira ħafna nies oħra biex iżuru lil qrabathom jew lin-nanniet tagħhom ta’ sikwit biex ikunu jistgħu jisimgħu dawn ir-rakkonti, u jipprovdu wens lil min qed jirrakkonta. 



Bijografiji

Mark Micallef Costa – Artist, Kompożitur u Awtur 

Mark Micallef Costa ilu jistudja l-mużika minn età żgħira. Huwa beda jistudja l-pjanu u l-mużika klassika mar-‘Royal College of Music’, u aktar tard, mal-‘London College of Music’. Ta’ 16-il sena beda jinteressa ruħu aktar fil-mużika kontemporanja, pop u rock, li imbagħad ħeġġitu biex jifforma diversi bands ma’ kantanti differenti fejn Mark kien idoqq il-keyboards u jkanta. Matul dan iż-żmien, Mark beda t-triq tiegħu tal-kitba tal-lirika u tal-mużika.


Fl-2016, Mark kiteb l-ewwel kanzunetta tiegħu bil-Malti, li kien jisimha’ ‘BELTi’. Permezz ta’ din il-kanzunetta, ġiet iffurmata l-band ‘SterjoTipi’, li imbagħad ingħaqdet uffiċjalment f’Ottubru tal-2017 b’Mark bħala l-kantant prinċipali tal-band. Minn dak iż-żmien, Mark u ‘SterjoTipi’ baqgħu jiktbu l-mużika bil-lingwa Maltija, b’ħoss modern u li jappella għal firxa wiesgħa ta’ nies. Kanzunetti bħal ‘Int u Jien’, ‘Differenti’ u ‘Supereroj’ irnexxielhom jiddominaw iċ-Charts tal-PRS f’Malta, minħabba li xxandru fuq l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni b’mod regolari. 


Niżżel il-Lirika
FUQ PULTRANA - LIRIKA
.pdf
Download PDF • 116KB

Artist

Kompożitur

Awtur

Mark Micallef Costa

Mark Micallef Costa

Mark Micallef Costa

Artist

Mark Micallef Costa

Kompożitur

Mark Micallef Costa

Awtur

Mark Micallef Costa

bottom of page