Għażiż

Kantanta

Danica Muscat

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Emil Calleja Bayliss

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinossi

Danica Muscat

Il-mużika għal Danica minn dejjem kienet importanti, iżda kien proprju fis-sena 2006 li hi għamlet l-ewwel passi fix-xena tal-mużika lokali. Hija tefgħet sottomissjoni għal “Malta Junior Eurosong”, u waslet sal-finali bil-kanzunetta “Play Your Violin”. Il-preżentazzjoni kienet waħda mill-aqwa iżda xejn ma jissuppera l-messaġġ tal-kanzunetta “Stolen” li ppreżentat fl-2007. Dakinhar spiċċat fit-2 post, u minn hemm qatt ma ħarset lura.


Ftit tas-snin wara, Danica kellha l-opportunità li tipparteċipa fil-programm ta’ Canale 5, “Io Canto”. Hemmhekk kellha ċ-ċans li tkanta fi dwetti ma’ Ron, Pierdavide Carone, kif ukoll Ornella Vanoni apparti li l-interpretazzjonijiet tagħha ta’ “Silent Night” u “In Assenza di Te” ġew ippubblikati minn Sony Music Italia.


Ftit xhur wara li waslet Malta, ta’ 16-il sena, hija waslet sal-finali tal-festival “Konkors Kanzunetta Indipendenza”, festival li għaddiet għalih kull sena bejn l-2011 u l-2020. Hi kienet ukoll finalista fil-festival “Summer Hit Song Contest”fl-2014 u l-2015 u l-“Malta Eurovision Song Contest”għal 5 darbiet fl-2012, l-2013, l-2015, l-2016 u l-2018.


Cyprian Cassar

Cyprian Cassar huwa kompożitur,   arranġatur u producer li twieled   fil-15 t’Awwissu 1983. Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu Joven Grech, huwa kien jifforma parti mid-duo famuż “Tenishia”, li kiseb fama internazzjonali wara li klassifika mal-ewwel 100 fid-“DJ Mag” għal erba’ snin.


Minn meta fetaħ l-istudjo personali   tiegħu, Cyprian kellu ċ-ċans li jaħdem ma’ diversi artisti Maltin fosthom: Danica Muscat, Enya Magri,   Gaia Cauchi, Kevin Paul u Janice   Mangion, li magħha pproduċa “Warda,   Xewqti”, “Sajjetta   fil-Bnazzi” kif ukoll “Kewkba”, il-kanzunetta bil-Malti li klassifikat fit-tieni post fil-“Malta Eurovision Song Contest” 2017.


Il-kompożizzjonijiet tiegħu: “Marchin’ On”, fuq lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, bil-vuċi t’Ella Mangion ġiet magħżula biex tirrapreżenta ‘l Malta fil-"Junior Eurovision Song Contest” tas-sena 2018, u klassifikat fil-5 post; u “Banshee”, li kiteb flimkien ma’ Niall Mooney, Jonas Gladnikoff, Daniel Caruana, Anna Banks, Fiachna O Braonain u Anna Kearney irrapreżentat lill-Irlanda fil-“Junior   Eurovision Song Contest”  tas-sena 2019, u klassifikat f’pożizzjoni numru 12.


Emil Calleja Bayliss

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali kif ukoll barra minn xtutna.


Hu kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu mmens. Emil rebaħ “L-Għanja   tal-Poplu Żgħażagħ” bħala awtur fl-2017   bil-kanzunetta “Dwell” u fl-2018 bil-kanzunetta “Ħaġar Qim”. Fl-2018 irnexxielu jirbaħ il-festival “L-Għanja tal-Poplu” bil-kanzunetta “Mhux Kulma Jleqq Deheb”. Emil kiseb diversi suċċessi fil-“Konkors Kanzunetta Indipendenza”; fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta “Bħal Fjura” u fl-2018 bil-kanzunetta “Il-Pinna”  filwaqt li rebaħ it-talent ġdid erba’ darbiet; fl-2014, fl-2016, fl-2017 u   fl-2018.


Emil rebaħ il-“Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior” fl-2019 bil-kanzunetta “Burdati” u fl-2020 bil-kanzunetta “Tfixkluniex, Tħawduniex”. Hu rrappreżenta lil Malta fil-“Junior Eurovision Song Contest” tliet darbiet; fl-2017 bil-kanzunetta “Dawra Tond”, fl-2018 bil-kanzunetta “Marchin’ On”  u fl-2020 bil-kanzunetta “Chasing   Sunsets”.


Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2015 bil-kanzunetta “Back   To” u minn hemm qatt ma ħares lura. Żewġ kanzunetti li żgur li jibqa’ magħruf għalihom huma “Poeta Bla Kliem” li kisbet it-tieni post fil-“Festival Kanzunetta Maltija” fl-2013 u l-kanzunetta “Kewkba” li kisbet it-tieni post fil-“Malta Eurovision Song Contest” fl-2017.

Waħda mill-aktar kanzunetti personali u mill-qalb li qatt interpretat il-kantanta minħabba li tista’ tqisha bħala kanzunetta awtobijografika. Kanzunetta iddedikata lil xi ħadd speċjali li f’ħajjet il-kantanta dejjem kien hemm, kien ta’ sapport anke meta spiċċa jikkumbatti u jissielet għal ħajtu. Hu baqa’ hemm ta’ sapport u sostenn, isaqsi dwarha u dwar binha l-għażiż.


Sfortunatament illum il-ġurnata m’għadux magħna u din il-kanzuentta hija dedika speċjali għall-memorja għażiża tiegħu. Kull min tilef lil xi ħadd speċjali f’ħajtu jaf il-weġgħa li ġġib magħha kull telfa, iżda l-memorji ġewwa qalbna jibqgħu hemm għal dejjem u dawn ma jeħodhom ħadd.


Madwarna f’ħajjitna nistgħu ngħidu li mdawrin b’diversi nies li jħobbuna u jixtiequlna l-ġid. Meta dawn jgħaddu għall-ħajja ta’ dejjem, isiru awtomatikament l-anġli kustodji tagħna.


Kull ġurnata, kull ħin, insemmu lil dawk li m’għadhomx magħna. La darba persuna tidħol f’qalbek, diffiċli biex il-firda tal-mewt tnessina l-imħabba li tkun tkattret ġewwa qalbna. Anzi l-firda ġġegħelna nħossu dak in-nuqqas ħafna aktar.

Kantanti, Kompożiturti u Awturi