Artist
Daniel Cauchi
Kompożitur
Daniel Cauchi
Awtur
Michael Spagnol
Artist
Daniel Cauchi
Kompożitur
Daniel Cauchi
Awtur
Michael Spagnol
Għadna Ngħoddu
Sinopsi
Bejn sema u baħar, bejn il-logħob moħħ ir-riħ u t-tħassib ta’ ġixt itfal li laħqu kibru, bejn iċ-ċertezza tal-issa u d-dubju tal-imbagħad, jiżvolġi djalogu bejn tnejn daqskemm monologu, bejnna u bejn ruħna. Il-mistoqsijiet bla tweġiba jissarrfu f’taħbit il-qalb. L-att tal-għadd isir ritwal: li ngħożżu kull mument – ġej, għadda, għaddej – għax nafu li xejn mhu għal dejjem.
Bijografiji
Daniel Cauchi
Artist u Kompożitur
Daniel Cauchi huwa missier ta’ tnejn u jħobb ħafna l-annimali. Għandu klieb, qtates, fkieren, ħut u pappagall. Ħajtu jqattagħha fil-mużika: kantant, perkussjonist u kompożitur. Kważi għoxrin sena ilu għaqqad il-Big Band Brothers u għamel żmien twil jaħdem mal-Malta Philharmonic Orchestra. Daniel miżżewweġ lil Christina, żeffiena, u flimkien fetħu skola tal-arti performattiva.
Michael Spagnol
Awtur
Michael Spagnol iħobb il-passiġġati twal, il-ġelat tal-mango, u jitpaxxa bil-ħoss tal-mewġ u tal-ittri xemxin. L-hena tiegħu jikteb bil-Malti jew dwaru, fi studji akkademiċi, fuq paġni fil-mezzi soċjali, jew għall-palk. Erħilu jagħmel riċerka fuq it-terminoloġija, id-djaletti, u l-binja tal-kelma fil-Malti, u joħroġ pubblikazzjonijiet dwarhom. Kif twieled tant ħadha bi kbira li għamel xi sena ma jlissinx kelma li hi kelma... imbagħad fetaħ ‘Kelma Kelma’ u pattielu sew.