Norbert

Għal Dejjem

Kantant

Norbert

Kompożitur

Peter Borg

Awtur

Norbert Bondin

Sinossi

Il-kanzunetta hija fuq kif fil-ħajja dawk li nħobbu mhumiex magħna għal dejjem. Irridu ngħożżu l-mumenti magħhom u naħsbu fihom fit-tajjeb, naċċettaw li l-ħajja hija mgħaġġla u napprezzaw lill-maħbubin tagħna sakemm għadhom magħna. Barra minn hekk jekk mhumiex magħna fiżikament xorta jibqgħu f’qalbna għal dejjem.

Kantant

Ili fix-xena tal-kant u l-kitba 14-il sena u huwa gost u pjaċir tiegħi li nxerred il-vuċi tiegħi bl-emozzjoni tal-kanzunetta. Kull opportunità hija unika u tibqa’ memorja għal dejjem. L-iktar suċċessi għal qalbi huma X Factor Malta fejn ikklassifikajt is-sitt post u meta kantajt fuq BBC1 fuq il-programm ‘All Together Now’ li segwewh mijuni ta’ nies u kien hemm mitt ġurija fosthom Geri Halliwell ta’ Spice Girls. Ħames snin ilu kelli l-opportunità wkoll li nkanta quddiem Simon Cowell, fejn kienet ġurnata li ma ninsa qatt. Għamilt żmien ngħix Londra, u minbarra li kbirt b’mod personali, mużikalment kbirt bħala artist u hemmhekk attendejt il-BIMM Music School fejn studjajt il-Vuċi. Il-kant mhux biss huwa speċjali għalija minħabba dawn l-affarijiet, iżda jagħtini pjaċir ferm kbir ġo qalbi li nkun nista’ nikkomunika mal-udjenza dak li qed inhoss u jħallini nesprimi ruħi bla problemi ta’ xejn.

Kompożitur

Peter Borg - Mużiċist full time professjonali b’iktar minn tlettax-il sena esperjenza fl-industrija tal-mużika. Peter stabbilixxa ruħu bħala persuna prominenti fl-industrija fil-qasam tal-kitba tal-kanzunetti, il-produzzjoni tal-mużika, il-kitarra u bħala mentor tal-artisti. Huwa l-fundatur u s-sid ta’ Railway Studios, fejn ħadem fuq kważi 700 kanzunetta fl-għaxar snin li ilu għaddej. Ħadem ma’ ħafna artisti ġewwa Malta, Londra u Los Angeles fil-qasam tal-kitba tal-kanzunetti u l-produzzjoni tal-mużika, kif ukoll fir-rekording tal-kitarra għal bosta artisti. Peter huwa wiehed mill-membri fundaturi tal-grupp lokali Red Electrick li għal dawn l-aħħar tnax-il sena kisbu suċċess u saru household name ġewwa pajjiżna.

Awtur

Ili fix-xena tal-kant u l-kitba 14-il sena u huwa gost u pjaċir tiegħi li nxerred il-vuċi tiegħi bl-emozzjoni tal-kanzunetta. Kull opportunità hija unika u tibqa’ memorja għal dejjem. L-iktar suċċessi għal qalbi huma X Factor Malta fejn ikklassifikajt is-sitt post u meta kantajt fuq BBC1 fuq il-programm ‘All Together Now’ li segwewh mijuni ta’ nies u kien hemm mitt ġurija fosthom Geri Halliwell ta’ Spice Girls. Peress li kont ngħix Londra, kelli ħafna auditions hemmhekk fejn stajt nipprova għal xi programmi Ingliżi. Il-kant mhux biss huwa speċjali għalija minħabba dawn l-affarijiet, iżda jagħtini pjaċir ferm kbir ġo qalbi li nkun nista’ nikkomunika mal-udjenza dak li qed inhoss u jħallini nesprimi ruħi bla problemi ta’ xejn u għalhekk xtaqt ukoll li nikteb il-lirika bil-Malti għax nemmen li tkun iktar kanzunetta personali hekk.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Norbert

Peter Borg

Norbert Bondin

Għal Dejjem

Kantant

Norbert

Kompożitur

Peter Borg

Awtur

Norbert Bondin