Artist
Marilyn Aquilina
Kompożitur
Marilyn Aquilina
Awtur
Marilyn Aquilina
Artist
Marilyn Aquilina
Kompożitur
Marilyn Aquilina
Awtur
Marilyn Aquilina
Għatxan
Sinopsi
Il-kanzunetta ‘Għatxan’ hija tfakkira personali: li għandna kull dritt li nqaċċtu minn ħajjitna dawk li ma jagħrfux il-valur sħiħ tagħna - u li m’għandniex bżonn nilqgħuhom lura meta jindunaw x’tilfu.
Bijografiji
Marilyn Aquilina
Artista, Kompożitriċi u Awtriċi
Marilyn hija artista involuta fil-qasam mużikali u teatrali li tħobb toħloq arti ispirata minn esperjenzi personali. Hija ħadet sehem f’diversi produzzjonijiet, fosthom f’diversi edizzjonijiet tal-kunċerti Strummin’ u f’'Rapunzella' ta’ The New Theatre Company; parti mill-festival ŻiguŻajg fl-2021. Fl-2024, hija kienet parti mit-tim tal-produzzjonijiet teatrali 'Lovesong' u 'Il-Każin tal-Imqarbin', fejn ħadet ħsieb is-sottotitli.
Uħud mix-xogħlijiet oriġinali tagħha jinkludu l-kanzunetta ‘Jien u Int’; rebbieħa tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2020 kif ukoll il-proġett ‘HawnHekk’. Dan il-proġett imniedi fl-2023 huwa ġabra ta' kanzunetti mill-pinna tagħha u ta’ David Baldacchino ispirati minn esperjenzi ta' persuni Kattoliċi LGBTQI+.
Marilyn iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fil-Psikoloġija, u għandha għal qalbha ħafna l-ħidma fil-volontarjat u l-arti soċjali. Hija pparteċipat f’diversi inizjattivi volontarji mas-Salesjani ta’ Don Bosco, fejn għarfet kif tista’ tuża t-talenti artistiċi tagħha għas-servizz tal-oħrajn.