Nicole Frendo

Il-Mużika u Jien

Kantant

Nicole Frendo

Kompożitur

George Curmi

Awtur

Hilda Curmi

Sinossi

Kulħadd joħlom li jgħix ħajja sabiħa u mingħajr problemi. Iżda r-realtà taf tkun differenti ħafna u l-bniedem isib ruħu wiċċ imb wiċċ ma’ sitwazzjonijiet jew persuni li jfixkluh, ikissruh jew itellfulu triqtu. Meta spiċċa f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-artist sab skop ġdid għal ħajtu fil-mużika. In-noti u l-melodija servew ta’ ispirazzjoni biex isib id-determinazzjoni u l-kuraġġ ħalli jegħleb l-intoppi. Minn issa jħares lejn il-futur b’kunfidenza, ladarba se jibqgħu flimkien “Il-Mużika u Jien”.

Kantant

Nicole Frendo għandha dsatax-il sena u toqgħod Ħaż-Żebbuġ mal-familja tagħha. Bħalissa qiegħda fl-ewwel sena tal-kors ‘B.A. in Early Childhood Education and Care’ għaliex taspira li tilħaq għalliema tal-primarja. Għalkemm tinsab impenjata immens, il-mużika tipprijoritizzaha, bħalma dejjem għamlet. Il-ġenituri tagħha huma tal-fehma li bdiet tkanta minn mindu tgħallmet titkellem, u minn dak iż-żmien ma waqfitx. Matul il-karriera tagħha kellha suċċess li ma tinsa qatt, hekk kif ġiet fit-tielet post fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, u iktar tard dik is-sena, kellha l-opportunità ta’ ħajjitha hekk kif kantat mat-tenur internazzjonali, Andrea Bocelli, fil-kunċert ta’ Joseph Calleja fis-sena 2019. Dawn it-tnejn, fost ħafna oħrajn, huma l-aktar mumenti għal qalbha u tinsab grata immens li esperjenzathom. Temmen li ħajjitha mingħajr kant u mużika tkun mingħajr skop u mdallma ħafna, għaliex ma tistax timmaġina lilha nnifisha mingħajrhom.

Kompożitur

George Curmi twieled il-Belt Valletta fl-1966 u kien missieru stess, Joe Curmi, mużiċist veteran, li introduċieh għall-mużika. Meta kellu 14-il sena, kien avviċinat minn Mro. Joseph Sammut biex idoqq bħala mużiċist part-time mal-Orkestra tat-Teatru Manoel u sena wara ngħata borża ta’studju biex ikompli l-istudji tiegħu mal-Prof. Mauro Ceccanti fil-Konservatorju Luigi Cherubini f’Firenze, l-Italja. Meta ġie lura Malta ngħaqad mal-Orkestra tat-Teatru Manoel, illum il-Malta Philharmonic Orchestra.

L-istrument prinċipali tiegħu jibqa’ l-vjolin, iżda jdoqq ukoll is-saxophone, il-mandolina, il-perkussjoni u aktar riċenti l-klarinettu huwa magħruf għall-versatilità tiegħu. Il-karriera tiegħu ħaditu f’pajjiżi f’kull kontinent u tagħtu l-opportunitàli jdoqq ma’ artisti ta’ fama internazzjonali, fosthom Shirley Bassey u Tommy Emanuel.


George huwa wkoll kompożitur u jikkomponi f’numru ta’ stili differenti. Ħareġ ukoll numru ta’ CD albums, l-aħħar wieħed "Thanks",li l-flus miġbura mill-bejgħ tiegħu marru għall-Fondazzjoni Puttinu Cares.


George huwa miżżewweġ lil Hilda née Schembri u għandhom tlett itfal.

Awtur

Hilda Curmi née Schembri twieldet Ħaż-Żebbuġ fl-1971. Minn età żgħira bdiet tieħu l-lezzjonijiet tal-vuċi mas-Surmast Carmelo Zammit u kienet tieħu sehem regolarment f’serati ta’ varjeta’ u konkorsi teatrali li kienu jittellgħu f’lokalitajiet differenti madwar Malta. Għal xi snin, bħala l-kantanta tal-grupp folkloristiku Paul Curmi Dancers, kienet takkumpanjahom f’manifestazzjonijiet barra ’l pajjiż. Iktar tard bdiet tieħu lezzjonijiet tal-kant liriku mas-sopran Bulgara Blagovesta Karnobatlova-Dobreva filwaqt li fl-istess żmien kienet ukoll tistudja d-drama. Fis-snin disgħin ħadet sehem f’numru ta’ musicals bil-lingwa Maltija, f’diversi avvenimenti kulturali u festivals fosthom L-Għanja tal-Poplu u l-Festival Kanzunetta għall-Ewropa.


Hilda hija miżżewġa lill-mużiċist George Curmi (il-Pusè) u għandhom tliet ulied. Matul l-ewwel snin taż-żwieġ, Hilda inqgħatet mix-xena artistika biex tikkonċentra fuq l-impenji tal-familja, iżda fuq insistenza ta’ George stess, reġgħet bdiet tkanta u ngħaqdet mal-grupp mużikali tiegħu. Xi drabi wkoll akkumpanjat lil żewġha f’esebizzjonijiet barra minn Malta, bl-iktar waħda emozzjonali tkun waqt sensiela ta’ serati għall-emigranti Maltin fl-Awstrajla.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Nicole Frendo

George Curmi

Hilda Curmi

Il-Mużika u Jien

Kantant

Nicole Frendo

Kompożitur

George Curmi

Awtur

Hilda Curmi