top of page

Imqar għal-Lejla

Imqar għal-Lejla

Sinopsi

Il-kanzunetta hi dwar dawk il-mumenti sentimentali ta’ meta tkun ta’ spalla għal dawk għeżiez tiegħek, jew ikunu ta’ widna għalik. Xi kultant huwa importanti li nieqfu għal ftit f’din il-ħajja tant mgħaġġla, u nirriflettu dwar dak li għandna madwarna u napprezzawh, kif ukoll naraw li dawk madwarna m’għandomx bżonn l-għajnuna tagħna.


Bijografiji


Artista | Kompożitriċi | Awtriċi – Megan May

Megan May hija artista fix-xena mużikali, tat-teatru u tat-televiżjoni. Wara li nediet il-karriera solista tagħha wara vjaġġ mal-grupp finalisti ta’ XFactor Malta, FAITH, Megan May laħqet in-numru wieħed fiċ-charts Maltin bis-single tad-debutt tagħha h8 that i h8 u. Fl-ewwel sena tagħha bħala artista solista, Megan May ħarġet tliet kanzunetti b’kollox. Megan ħasset passjoni għall-mużika għal ħajjitha kollha u għalhekk, iddedikat ħajjitha lill-mużika. Hi tistudja l-mużika l-Università, hija kantawtriċi, u tgħallem il-vuċi. Megan May idoqq il-pjanu u d-drums. Megan kibret tistudja t-teatru grazzi għal diversi esperjenzi u scholarship ta’ studju minn skola fl-Ingilterra. Megan May ħadet ukoll l-ewwel rwol tagħha ta’ attriċi televiżiva fis-sensiela Iċ-Ċaqqufa, li fiha kitbet u kantat it-tema tas-sensiela. Megan May qiegħda ħerqana biex tvara diversi kanzunetti ġodda u biex tkompli l-iżvilupp artistiku tagħha.


Kompozitur - Peter Borg 

Peter Borg huwa mużiċist professjonali b’aktar minn 10 snin esperjenza fl-industrija tal-mużika. Huwa l-fundatur ta’ Railway Studios u stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aktar professjonisti prominenti f’Malta. Fi ħdan l-istudjo huwa ħadem m’uħud mill-aqwa talenti fil-pajjiż, inkluż Bla Tarf li huwa kkompona ma’ Kurt Calleja u Aleandro Spiteri Monsigneur, rebbieħa ta’ Mużika Mużika 2022, iżda l-aktar proġett li hu kburi bih huwa Red Electric, il-grupp li Peter huwa l-fundatur tiegħu. 


Matul dan l-aħħar deċenju, rebħu diversi trofej, apparti li wasslu xogħolhom mal-erbat irjieħ tad-dinja, apparti li kantaw fuq l-istess pjattaformi ma’ artisti bħal Rod Steward, Joseph Calleja, Anastacis, Tori Kelly, Echosmith, u Jason Derulo fost l-oħrajn. Fl-2023, Peter ġie iffirmat bħala kompożitur u awtur ma’ Reservoir Media – kumpanija rinomata għall-ippubblikar tal-kanzunetta bbażżati f’Londra, New York u anke Nashville. Huma risponsabbli għall-immanniġjar tal-mużika ta’ uħud mill-aqwa artisti fid-dinja.


Kompozitur | Awtur - Aleandro Spiteri Monsigneur 

Aleandro Spiteri Monsigneur huwa pjanist, kompożitur u arranġatur li għandu 24 sena. Huwa jagħmel parti mill-grupp rinomat Red Electric, u huwa d-direttur mużikali tal-kantant Shaun Farrugia. Ikkompona, flimkien ma’ Kurt Calleja u l-kollega mużikali tiegħu Peter Borg, il-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika 2022 Bla Tarf, li ilha mal-aktar 10 kanzunetti lokali li jindaqqu fuq ir-radji lokali għal iżjed minn 65 ġimgħa. Huwa ġie ffirmat bħala kittieb tal-mużika mal-kumpanija tal-ippubblikar tal-mużika internazzjonali Reservoir Media u ggradwa bl-unuri mill-Universitá ta’ Malta b’Baċelerat fil-mużika fl-2021.

Artist

Kompożitur

Awtur

Megan May

Peter Borg, Megan May, u Aleandro Spiteri Monsigneur

Megan May u Aleandro Spiteri Monisgneur

Artist

Megan May

Kompożitur

Peter Borg, Megan May, u Aleandro Spiteri Monsigneur

Awtur

Megan May u Aleandro Spiteri Monisgneur

bottom of page