Festivals Malta

13, Europa Centre,

John Lopez Street, Floriana FRN1400, MALTA

© 2020 Mużika Mużika by Festivals Malta

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Int Biss

Kantanta

Christina Magrin

Kompożitur

Mark Scicluna

Kompożitur

Mark Scicluna

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinossi

Il-kliem fil-lirika tal-kanzunetta “Int Biss” jirreferu għal esperjenzi mhux daqstant sbieħ li xi darba jew oħra kull bniedem jgħaddi minnhom tul il-ħajja tiegħu. Esperjenzi bħal dawn jistgħu jirriżultaw f’mumenti ta’ solitudni, fejn kollox jidher impossibli u fejn il-bniedem jispiċċa jitlef kull tama. Huwa f’waqtiet bħal dawn, fejn il-bniedem jista’ jdur lejn xi ħadd jew xi ħaġa akbar minnu, xi ħadd li għalkemm mhux preżenti fiżikament huwa preżenti spiritwalment. L-ispiritwalita` fil-bniedem għandha s-saħħa li tfejjaq l-uġiegħ, kemm tal-qalb u anke tar-ruħ, biex b’hekk il-bniedem fraġli jerga’ jqum fuq saqajh u jimtela b’tama ġdida għal-ġejjieni. Il-metafora tilgħab parti importanti fil-lirika, fejn l-awtur ixebbah din l-entita` kbira ma’ elementi li huma essenzjali għal-għixien tal-bniedem, bħal ma huma in-nifs, id-dawl, l-ilma u x-xemx. Fl-aħħar mill-aħħar, il-bniedem jibqa’ jirrispetta ċ-ċokon tiegħu ħdejn din l-entita`, u jitlobha biex biex tibqa’ żżommu għal dejjem ħdejha.

Christina Magrin

Christina Magrin għandha sbatax-il sena u hija artista all-rounder u tesprimi lilha nnifisha f’diversi forom ta’ arti, fosthom il-kant, u l-kompożizzjoni tal-mużika.


Christina rebħet diversi festivals f’pajjiżna u barra minn xtutna, fosthom il-“Malta Junior Eurovision” li sar f’pajjiżna fl-2016. Hija magħrufa internazzjonalment għall-vuċi tagħha b’ firxa ta’ noti wiesgħa ħafna u b’versatilita’. Sa issa Christina kantat bi tlettax-il lingwa. Id-debutt tagħha kien meta ġiet l-ewwel fost kantanti internazzjonali tal-ogħla livell   fil-konkors “Next Star” fir-Rumanija. Hi esibiet ruħha diversi drabi fl-Italja (“Sanremo Junior”), l-Ġermanja, l-Ingilterra u fis-Slovenja fejn rebħet l-ewwel Gran Prix għal Malta.


Christina tieħu l-istudju b’serjeta’   kbira u lestiet l-eżamijiet kollha tal-vuċi fi ħdan Il-kulleġġ ‘Trinity’ ta’ Londra fejn ġabet l-ogħla marka ta’ distinction fl-Ewropa, fl-ogħla livell, meta kellha biss tlettax-il sena.


Christina ħadet sehem f’ diversi produzzjonijiet lokali, kunċerti, musicals u oħrajn u poġġiet isimiha mal-lista tal-aqwa talent lokali. Meta ma tkunx qed tkanta, lil Christina ssibha ddoqq il-pjanu jew l-ukulele u tikkomponi kanzunetti għall-album li ser tniehdi. Bħalissa qed tipprepara għall-eżamijiet akkademiċi f’livell avvanzat fejn qed tispeċjalizza fuq l-Ingliż u t-Teatru.


Mark Scicluna

Mark Scicluna twieled fit-12 ta’ Ottubru   1984 u huwa residenti fil-lokalita` tas-Siġġiewi. Ix-xogħol ewlieni tiegħu huwa ta’ għalliem tad-disinn grafiku. Huwa jsegwi kontinwament l-iżvilupp tal-lingwa Maltija li huwa suġġett   għal qalbu ħafna, u huwa wkoll qarrej tal-provi tal-lingwa Maltija.   Huwa beda jinteressa ruħu fil-mużika min eta` żgħira, beda jdoqq il-pjanu u jistudja l-mużika klassika sakemm beda wkoll jikkomponi l-mużika tiegħu stess. Hu ħa   sehem f’diversi konkorsi lokali bħala kompożitur u anke bħala awtur. Uħud mill-kompożizzjonijiet tiegħu li baqgħu popolari mas-segwaċi tal-kanzunetta Maltija huma il-kanzunetta “Jien Ma Naħdimx” tal-kantanta Karen   DeBattista li rebħet “L-Għanja tal-Poplu” 2014, il-kanzunetta “Kewkba” tal-kantanta Janice Mangion li klassifikat fit-tieni post fil-“Malta Eurovision Song Contest” 2017, u kif ukoll il-kanzunetta “Poeta Bla Kliem” tal-kantant   Mark Tonna li klassifikat fit-tieni post fil-“Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija” 2013. Il-ħolma tiegħu hi li fil-futur ikollu l-opportunita` li jikteb u jikkomponi kunċert mużikali bil-lingwa Maltija.