top of page

Artist

Kersten Graham

Kompożitur

Kersten Graham

Awtur

Kersten Graham

Artist

Kersten Graham

Kompożitur

Kersten Graham

Awtur

Kersten Graham

Int Kollox Għalija

Sinopsi

‘Int Kollox Għalija’ miktuba minn Kersten Graham. Il-kreazzjoni ta’ din id-diska bdiet wara mument maġiku fir-relazzjoni bejnu u bejn il-maħbuba tiegħu fis-sena 2024. Id-diska titkellem fuq l-imħabba innoċenti, pura, onesta u reali, fejn fiha l-awtur jitkellem fuq kif fl-aħħar sab l-imħabba ta’ ħajtu, u l-effett profond li din tħalli kuljum. 

Bijografiji

Kersten Graham

Artist, Kompożitur u Awtur

Kersten Graham għandu 31 sena u jgħix ġewwa Ħal Qormi. Minn età zgħira, dejjem kellu esperjenzi pożittivi li għenuh isir il-Kersten li hu llum. Ommu kienet iddoqq diski minn gruppi rock bħal Guns N' Roses, Aerosmith u oħrajn, u missieru kien iħobb ħafna lill-Beatles, u mużika pop tas-60ijiet u tas-70ijiet. 

Il-ġenituri xtrawlu kitarra klassika għall-Praċett, però wara xahar ta' lezzjonijiet, I-għalliem kien qallu li qatt mhu se jsir kapaċi jdoqq! Ir-raġuni kienet li dejjem kien ribelluż u kien iħobb jimitahom waħdu bil-widna, u llum qegħdin hawn!

Kersten idoqq f'diversi bars u rajnieh anka f’kuncerti kbar bħal Rockestra, u Malta Rocks, fost oħrajn. Hu rebaħ il-Beland Music Festival, u daqq tliet darbiet barra minn xtutna fl-Ingilterra.

Kersten ħareg total ta’ tmien diski s’issa u qiegħed fil-vicin biex jiddebutta l-ewwel album tiegħu. Hu kkollabora ma’ artisti distinti bħal Kurt Calleja, Glen Vella, Matthew James, u Jean Paul Borg mill-band The Busker, fost oħrajn, kemm live kif ukoll fl-istudjo.