Cherylis

Jien l-Artist

Kantant

Cherylis

Kompożitur

Pamela Bezzina

Awtur

Pamela Bezzina

Sinossi

Il-lirika ta’ din il-kanzunetta tirrifletti ċar il-ħsibijiet profondi li tesperjenza l-kantanta nnifisha bħala artista - minn meta tibda toħlom li ssir artista professjonali imma ssib min ma jemminx f’dak li tista’ toffri, fejn dak li huwa kollox għaliha jista’ ma jfisser xejn għal ħaddieħor; fejn id-dubji kontinwi fuq dak li ħolqot jagħmluha persuna vulnerabbli bħal kulħadd, anke jekk tidher kunfidenti fuq palk jew waqt l-esibizzjoni tagħha. Iżda minkejja kollox, tibqa’ ċerta minn dak li tixtieq tagħmel u toħlom li d-dinja tibda tagħraf dak li hi temmen tant fih.

Kantant

Imwielda fit-28 ta’ Marzu 1995, Cherylis tisħaq li l-imħabba tagħha għad-dinja tal-ispettaklu tmur lura għas-sena 2000, meta kien għad għandha biss 5 snin. Din hi l-ewwel memorja ta’ palk li għandha. Sforz l-imħabba li kellha għall-kant, il-ġenituri tagħha mill-ewwel raw li għandhom iħarrġuha u għaldaqstant bit-tagħlim u l-prattika, hi bdiet tipparteċipa f’numru ta’ festivals lokali li laħqu l-qofol tagħhom fl-2010, fis-snin addolexxenti.

"Nemmen Fik", li biha Cherylis ipparteċipat għall-ewwel darba fit-Talent Żagħżugħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza, ikklassifikat fl-ewwel post. Minn hemm ’il quddiem qatt ma ħarset lura, u tul is-snin kellha ċ-ċans tirrappreżenta ’l Malta b'suċċess diversi drabi, inkluż fl-Eġittu, fir-Rumanija, fl-Italja, fl-Estonja u fil-Ġermanja.

Fis-snin ta’ wara, Cherylis kompliet tibni r-repertorju oriġinali tagħha u ħadmet fuq diversi kanzunetti li ppreżentat f’numru ta’ festivals lokali u li bihom waslet sal-finali ta’ “L-Għanja tal-Poplu” u l-“Konkors Kanzunetta Indipendenza”. Dawk li ġibdu l-aktar attenzjoni, “Tfewwaħ” fl-2018 u “Nifs” fl-2021, ikklassifikaw fit-tieni post u fl-ewwel post rispettivament.

Kompożitur

Pamela bdiet turi l-interess fil-mużika minn età żgħira ħafna u dan wassalhasabiex tibda titgħallem il-mużika minn età bikrija ġewwa l-iskola tal-mużika f’Għawdex. Iddebuttat fix-xena tal-kant meta kellha tnax-il sena, fejn bdiet tipparteċipa f’diversi konkorsi mużikali fil-gżejjer Maltin, u fl-1999, meta kellha biss 17-il sena, Pamela kkomponiet l-ewwel kanzunetta tagħha li biha rebħet il-Festival taż-Żgħażagħ li kien organiżżat mill-bord tal-kanzunetta Maltija ġewwa Dar il-Mediterran.

Illum Pamela hija assoċjata ħafna mal-mużika soul. Fl-2008, flimkien mal-kantanti Glen Vella u Leontine, iffurmat Animae Gospel Choir. Dan il-kor kiseb fama nazzjonali f’qasir żmien u tella’ diversi kunċerti kbar madwar Malta u Għawdex. Pamela tikteb l-arranġamenti vokali ta’ kull silta li jesibixxi kif ukoll tidderieġi l-istess kor b’passjoni liema bħalha.

Pamela ġiet fdata diversi drabi r-rwol ta’ arranġatriċi u direttriċi vokali f’diversi xogħolijiet mużikali nazzjonali, fosthom il-ftuħ tal-Junior Eurovision (2016), Rockestra, Ġensna, il-ftuħ uffiċċjali tal-Valletta 18 quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Fireworks Festival u bosta oħrajn.

Pamela ntgħażlet ukoll sabiex tifforma parti mill-kontinġent Malti għall-Eurovision Song Contest bħala backing vocalist, ma’ Thea Garret (2010), Glen Vella (2011), Ira Losco (2016) u Christabelle Borg (2018) kif ukoll bħala għalliema vokali ma’ Firelight (2014), Amber (2015), Ira Losco (2016) u Christabelle Borg (2018).

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Cherylis

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Jien l-Artist

Kantant

Cherylis

Kompożitur

Pamela Bezzina

Awtur

Pamela Bezzina