Cheryl

Kenn

Kantant

Cheryl

Kompożitur

Joseph Axiak

Awtur

Joseph Axiak

Sinossi

Il-kanzunetta hija konverżazzjoni li qatt ma seħħet bejn żewġ individwi li kienu ħbieb f’żogħżithom. Għalkemm ir-relazzjoni waqfet xi żmien ilu, il-karattru prinċipali qed tipprova tikkomunika mal-ieħor. Tidher inkwetata bl-aġir tiegħu, li qed jiżola lilu nnifsu mis-soċjetà u jwaqqaf kull komunikazzjoni magħha. Toffri kliem ta’ wens filwaqt li, b’ċertu urġenza, tfakkru li l-għajnuna hi dejjem disponibbli. Tistiednu jfittex l-għajnuna qabel ma jkun tard wisq, għalkemm hi f’qalbha tħoss li forsi diġà tard wisq.

Kantant

Il-mużika kienet parti integrali f’ħajjet Cheryl minn mindu kienet għadha żgħira, u l-hena tagħha u ta’ ħutha kien li jtellgħu musicals qosra d-dar. Din l-imħabba lejn it-teatru mużikali kompliet tikber waqt li Cheryl kienet l-iskola, u l-kunċert annwali kien l-iktar avveniment li kienet tistenna bil-ħerqa.

Cheryl bdiet il-karriera professjonali mużikali tagħha fl-2012, meta ħadet sehem bħala solista fil-kunċert “Voices”. Minn dak iż-żmien, ħadet sehem kemm bħala solista, kif ukoll bħala backing vocalistf’bosta kunċerti bħal Strummin’ u Rockestra, u ħadmet ma’ bands rinomati bħal Fakawi, Relikc u The Busker.

Ta’ sittax-il sena, Cheryl bdiet taħdem bħala Animatriċi Salesjana, u hemmhekk skopriet mod ta’ kif tgħaqqad l-ikbar żewġ passjonijiet tagħha - il-mużika u x-xogħol maż-żgħażagħ. Cheryl minn dejjem kienet temmen li l-mużika hija mod ta’ kif tibni relazzjoni maż-żgħażagħ li kienet taħdem magħhom. Fil-fatt, il-kanzunetta li ser tkun qed tikkompeti biha tmiss mat-tema li l-għajnuna dejjem hi hemm, anke għal min isib diffikultà jfittixha.

Kompożitur

Joseph huwa mużiċist Malti li huwa l-iktar magħruf għar-rwol tiegħu bħala l-keyboardist tal-band “Relikc”. Daħal fid-dinja tal-mużika meta ta’ disa’ snin beda jieħu l-lezzjonijiet tal-pjanu. Ta’ tlettax-il sena, beda jdoqq fl-ewwel band tiegħu li għaqqad l-iskola, fejn hemmhekk esperimenta bi strumenti oħrajn bhad-drums u l-kitarra, kif ukoll kien ikanta f’xi kunċert jew tnejn. Kien fl-2008 li ngħaqad mal-band Relikc u għadu jdoqq magħhom sal-lum.

Minn dak iz-zmien ’l hawn, Joseph kien involut f’bands oħrajn, kif ukoll ħadem bħala session musician ma’ diversi mużiċisti. Għalkemm matul is-snin kiteb ħafna mużika għall-bands tiegħu, il-parteċipazzjoni tiegħu f’Mużika Mużika hija kawża ta’ esperiment, tant li dan hu d-debut tiegħu bħala kittieb tal-mużika u l-lirika b’mod indipendenti.

Joseph mhuwiex mużiċist full-time. Fost il-ġimgħa jaħdem bħala inġinier fil-qasam tas-saħħa. Huwa ukoll missier żewġt itfal mal-mara tiegħu. Minkejja dan, jibqa’ jgħożż il-mużika u l-ftit hin li jifdallu, jiddedikah għaliha.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Cheryl

Joseph Axiak

Joseph Axiak

Kenn

Kantant

Cheryl

Kompożitur

Joseph Axiak

Awtur

Joseph Axiak