Gaia Cauchi

Kewkba Feġġejja

Kantant

Gaia Cauchi

Kompożitur

Elton Zarb

Awtur

Stephen Baldacchino

Sinossi

Il-qalb mat-taħbit tagħha żżomm il-memorja tal-ferħ li ma jmut qatt, bħal eku ħaj. Is-sema, l-istilel u r-rakkonti sbieħ joffru l-wens u l-gost dejjiemi. Ma’ dawn, il-waqtiet u t-tifkiriet li ġġib magħha l-mixja taż-żgħożija huma l-mogħdija li jgħinuk tasal fejn tixtieq fil-ħajja. Il-leħħa maġika tal-kwiekeb feġġejja jagħmlu dawn il-waqtiet surreali, uniċi. Il-ħsieb kontinwu, mimli barkiet u r-rakkonti dehbiena jkomplu jħeġġu dan kollu. Bħal donnu kollox hieni, jasal biex iwasslek fejn tixtieq.

Kantant

Gaia bdiet il-karriera tagħha ta’ sentejn u nofs biss, bix-xewqa li tħaffef udjenza bil-ftit noti li jiġu mlissna minn tifla zgħira.


Matul dawn l-aħħar 15-il sena, Gaia żammet ruħha impenjata ħafna, kemm fix-xena mużikali lokali kif ukoll dik barranija. Fl-edizzjoni tal-2013 tal-Junior Eurovision Song Contest, Gaia ntgħażlet internament mill-Public Broadcasting Services biex tkun ir-rappreżentanta Maltija. Fl-avveniment, li sar fl-Ukrajna, hi esegwiet it-track oriġinali “The Start” u kklassifikat fl-ewwel post, u b’hekk Malta, għall-ewwel darba, ospitat il-kompetizzjoni s-sena ta’ wara.


Fl-2018 Gaia għamlet audition għal X Factor UK, fejn ingħatat erba’ voti ta’ iva fl-ewwel audition tagħha bħala solista. Ingħatat l-opportunità li tidħol fil-grupp “Sweet Sense” u flimkien, avvanzaw it-triq kollha lejn id-djar tal-aġġudikaturi filwaqt li kienu mentored minn Robbie Williams.

Bħalissa Gaia qed tikteb u tipproduċi materjal ġdid tagħha stess, li għandu jinħareġ fix-xhur li ġejjin.

Kompożitur

Elton Zarb, miż-Żejtun, ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jaħdem fil-qasam mużikali, fejn ħadem fuq diversi proġetti ma’ artisti varji kif ukoll kiteb mużika għal diversi musicals u films internazzjonali. Matul iż-żmien, il-kanzunetti tiegħu daħlu fir-radio charts kemm lokalment kif ukoll internazzjonalmet u rebaħ diversi festivals. Fl-2014 u fl-2016 rispettivament kiteb il-mużika li wasslet sabiex Malta tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetti interpretati minn Gaia Cauchi u Destiny rispettivament. Fl-istess snin, flimkien mat-timijiet rebbieħa tal-Junior Eurovision, ingħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta.


Fl-2018 ġie fdat sabiex fuq lirika ta’ Joe Julian Farrugia jikkomponi “Elfejn u Tmintax”, sinfonija għall-okkazzjoni tal-ftuħ tal-Vallatta 2018 bħala l-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura. Fl-2019 inħatar bħala President tal-Għaqda Banda Żejtun, għaqda fejn Elton ħa l-ewwel taħriġ mużikali tiegħu. Fl-2020, permezz tal-grupp Kantera, ikklassifika fit-tielet post fl-ewwel edizzjoni tal-festival Mużika Mużika, festival tal-kanzunetta Maltija.

Awtur

Stephen Baldacchino twieled fid-19 ta’ Settembru 1983. Għex it-tfulija u ż-żogħżija tiegħu fil-Belt Valletta. Hemm huwa ħa l-edukazzjoni primarja u kien parti minn attivitajiet soċjali Beltin oħra. Wara l-edukazzjoni sekondarja, fil-Liċeo tas-Subien ta’ Raħal Ġdid, Stephen kompla bl-istudji tiegħu fil-Higher Secondary tan-Naxxar. Kif temmhom, beda jaħdem mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Fil-fatt, għal dawn l-aħħar għoxrin (20) sena dejjem ħadem bħala Learning Support Educator fi skejjel statali. Il-kitba u l-qari dejjem kienu fuq nett tal-aġenda tiegħu waqt il-ħin liberu. L-istorja ta’ pajjiżna, il-kultura festiva u l-mużika lokali huma fost l-aktar affarijiet favoriti tiegħu. Beda jikteb il-lirika għall-kanzunetti fl-2008 u kompla sal-lum b’mod regolari. Ħa sehem f’bosta festivals lokali kif ukoll barranin, fosthom fl-Italja u l-Ukrajna. Hu jemmen li l-kitba hija sors immaġinarju li kapaċi jagħmel dak li temmen fih, anka jekk għal ftit, realtà.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Gaia Cauchi

Elton Zarb

Stephen Baldacchino

Kewkba Feġġejja

Kantant

Gaia Cauchi

Kompożitur

Elton Zarb

Awtur

Stephen Baldacchino