top of page

M'Hawnx Bħalek

M'Hawnx Bħalek

Sinossi 

Kultant l-imħabba hi diffiċli, imma jekk inkunu lesti li naċċettaw lil xulxin kif aħna,  bit-tajjeb u bil-ħażin, mingħajr egoiżmu, u mingħajr ma nippretendu li għandna ninbidlu biex l-imħabba taħdem b’fiduċja l-għaqda timtela; nibdew nemmnu f’xulxin, nafdaw lill-xulxin, u għal xulxin inkunu ‘M’Hawnx Bħalek.’


Bijografiji 

Jasmine – Artist 

Jasmine twieldet f’Jannar tas-sena 1999. Il-mużika minn dejjem kienet il-passjoni tagħha, b’mod partikolari, il-kant. Ilha tkanta u titgħallem il-kant fuq livell professjonali minn mindu kellha 13-il sena. Il-karriera tagħha fjorixxiet minn meta ħadet sehem fi programm televiżiv, u min hemm ‘il quddiem qatt ma reġgħet ħarset lura u l-imħabba lejn il-mużika u l-karriera mużikali tagħha baqgħet tikber.


Il-prestazzjonijiet tagħha hawn Malta jinkludu prestazzjoni quddiem ir-reġina waqt iċ-ċeremonja tal-ftuħ taċ-‘CHOGM’ fl-2015, il-‘Malta Eurovision Song Contest’ fl-2016, ‘Rockestra’ fl-2016, il-‘Malta Eurovision Song Contest’ fl-2018, ‘50 Years of Maltese Music’, ‘Djamanti Muzikali’, il-‘Valletta 2018’, it-tieni staġun ta’ ‘X Factor Malta’, ‘Unforgettable’ u prestazzjonijiet oħra barra minn Malta, inkluż Londra, Dubai u l-Amerika. Hi tinstab grata ħafna li għal darba oħra għandha l-opportunità li taqsam diska minn tagħha mal-pubbliku, din id-darba waqt ‘Mużika Mużika’.


Glen Vella – Kompożitur

Kantant, kompożitur u għalliem tal-vuċi, Glen beda l-karriera tiegħu fil-kant fl-età ta’ 13-il sena. Hu studja l-vuċi u l-pjanu u huwa wkoll wieħed mill-fundaturi tal-kor gospel ‘Animae’, u għalliem tal-vuċi fi ħdan ‘VocalBooth Studios’.


Fl-2011, Glen irrappreżenta lil pajjiżna fil-‘Eurovision Song Contest’ bil-kanzunetta ‘One Life’ u fis-sena 2021 kiseb l-ewwel post f’’Mużika Mużika’ bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’. Fil-festivals imsemmija, ta’ kull sena ikkompona diversi siltiet għall-kantanti Maltin u fost il-kanzunetti oriġinali ta’ Glen, insibu l-kanzunetta ‘Lest Ngħix Biss Għalik’ u ‘Tagħna 2’.


Glen rebaħ it-titlu tal-aqwa kantant u l-aqwa vidjow mużikali bil-vidjow ta’‘One Life’ fil-‘Malta Music Awards’ u ġie inawgurat il-premju ‘FIDOF’ għal tliet darbiet.Kien is-solista fl-ispettaklu ‘Elfejn u Tmintax’, is-sinfonija korali li tnediet fil-ftuħ uffiċjali tal-‘Valletta 2018’ u fl-2022 kellu l-oppportunità li jieħu sehem fl-ispettaklu imtella’ f’Dubai fic-ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta waqt id-‘Dubai World Expo’.


Philip Vella – Awtur

Philip Vella huwa meqjus bħala wieħed mill-kantawturi ewlenin f’pajjiżna, kif ukoll bħala awtur ta’ diversi kanżunetti li għamlu suċċess f’ħafna mill-festivals ewlenin f’pajjiżna. Magħruf bħala awtur tal-kanzunetta li rebħet il-‘Festival tal-Kazunetta Maltija’ bl-isem ta ‘Min Jaf Għalfejn’ u iktar riċenti il-festival ta’ ‘L-Għanja tal-Poplu’ bil-kanzunetta ‘Il-Verità’. Aktar riċenti nieda il-ħames kollezzjoni ta’ kanzunetti tiegħu bl-isem ‘60+’ li ħafna minnhom kiteb kemm il-mużika kif ukoll il-lirika. Din il-kollezzjoni tinkludi siltiet bħal ‘Ġenna u Infern’ u ‘Għalfejn Tħobbni Daqshekk’ li laħqu ukoll il-quċċata tal-‘Klassifika tal-Maltin’.


Niżżel il-Lirika
M'HAWNX BĦALEK - LIRIKA
.pdf
Download PDF • 197KB

Artist

Kompożitur

Awtur

Jasmine

Glen Vella

Philip Vella

Artist

Jasmine

Kompożitur

Glen Vella

Awtur

Philip Vella

bottom of page