Bloodline

Mewġ

Kantant

Bloodline

Kompożitur

Elton Zarb / Glen Vella

Awtur

Edwin Balzan / Julia Balzan / Samira Cauchi

Sinossi

‘Mewġ’tirrakkonta kif żewġ żgħażagħ raw żgħożithom ittir ’l hemm waqt il-pandemija. Dawn iż-żgħażagħ isemmu fost l-oħrajn rakkonti ta’ stejjer ta’ fatati u iħirsa meta kienu għadhom tfal żgħar kif ukoll li dawn l-aħħar sentejn rawhom twal daqs għaxar snin. Huma pero jistqarru illi, fost dan id-dwejjaq, kienu jsibu s-serħan billi jmorrumawra sa xatt il-baħar. Infatti il-kanzunetta fir-ritornell issemmi s-sbuħija tal-baħar fil-kulur sabiħ (blu) tiegħu u kif dan, matul is-snin, qatt ma biddel is-sura. Huma jsemmu kif il-baħar jitkellem bil-mewġ billi joħloq ċafċifa jew jissabbat mal-blat u li, tassew, bil-qawwa tiegħu jaf iwassal argument jew jitfi kull nar.

Kantant

Bloodline huwa duo li ġie ffurmat fis-Sajf tal-2019, waqt it-tieni staġun ta’ X Factor, fejn kisbu l-ħames post.


Id-Duo huwa magħmul minn Julia Balzan, ta’ għoxrin sena, li qed tistudja l-liġi, u Samira Cauchi, ta’ dsatax-il sena, studenta tas-sixth form.


It-tnejn ilhom ikantaw għal ħafna żmien kif ukoll jipparteċipaw mhux fil-kant biss, iżda wkoll fit-teatru, li fil-fatt iqisuh pjuttost il-bażi artistika tagħhom. F’din ix-xena, Samira rebħet The Entertainers filwaqt li Julia ilha tattendi Masquerade Malta fejn issa tifforma parti mill-grupp teatrali tagħhom, YTM, u tieħu sehem f’diversi spettakli li jtellgħu.


Bl-esperjenzi artistici tagħhom, Julia u Samira jħossu li jistgħu joffru prodott muzikali ġdid. Il-mira tagħhom dejjem hija li jwasslu l-imħabba u l-viżjoni artistika tagħhom lejn l-arti permezz tal-mużika tagħhom.


Dejjem ħassuhom li bħala Bloodline iż-żewġ kantanti jikkumplimentaw ’il xulxin. Flimkien joffru oriġinalità u differenza fil-mużika tagħhom.


Kien propjament waqt iż-żmien tal-pandemija li bdew jikbtu l-lirika huma stess.

Kompożitur

Elton Zarb

Elton Zarb, miż-Żejtun, ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jaħdem fil-qasam mużikali, fejn ħadem fuq diversi proġetti ma’ artisti varji kif ukoll kiteb mużika għal diversi musicals u films internazzjonali. Matul iż-żmien, il-kanzunetti tiegħu daħlu fir-radio charts kemm lokalment kif ukoll internazzjonalmet u rebaħ diversi festivals. Fl-2014 u fl-2016 rispettivament kiteb il-mużika li wasslet sabiex Malta tirbaħ il-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetti interpretati minn Gaia Cauchi u Destiny rispettivament. Fl-istess snin, flimkien mat-timijiet rebbieħa tal-Junior Eurovision, ingħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta.


Fl-2018 ġie fdat sabiex fuq lirika ta’ Joe Julian Farrugia jikkomponi “Elfejn u Tmintax”, sinfonija għall-okkazzjoni tal-ftuħ tal-Vallatta 2018 bħala l-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura. Fl-2019 inħatar bħala President tal-Għaqda Banda Żejtun, għaqda fejn Elton ħa l-ewwel taħriġ mużikali tiegħu. Fl-2020, permezz tal-grupp Kantera, ikklassifika fit-tielet post fl-ewwel edizzjoni tal-festival Mużika Mużika, festival tal-kanzunetta Maltija.


Glen Vella

Kantant, kompożitur u għalliem tal-vuċi, Glen beda l-karriera tiegħu fil-kant ta’ tlettax-il sena. Studja l-vuċi u l-pjanu u huwa ċċertifikat mill-Victoria Music and Arts College ta’ Londra biex iħarreġ il-vuċi.

Kiseb il-popolarità tiegħu fix-xena lokali bħala kantant residenti fi programmi televiżivi u f’numru kbir ta’ musicals li ħa sehem fihom. L-ikbar suċċessi ta’ Glen kemm f’Malta u anki barra minn Malta jinkludu meta fl-2011 irrappreżenta ’l pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘One Life’, u l-kisba tal-ewwel post fil-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’.


Kien innominat diversi drabi għall-aqwa artist fil-Malta Music Awards u rebaħ it-titlu tal-aqwa artist solista, l-aqwa kantant u l-aqwa video għal ‘One Life’. Rebaħ ukoll l-aqwa kantant fil-One Tribute Awards, il-FIDOF award għal tliet darbiet u l-premju tal-ġurija fil-Golden Stag International Festival fir-Rumanija.


Matul il-karriera tiegħu, ikkollabora ma’ diversi kantawturi Maltin u barranin. Kien solista fl-ispettaklu Elfejn u Tmintax, is-sinfonija korali li tnediet fuq it-turġien tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018.


Illum jagħmel parti mill-kor gospel li waqqaf, Animae. Huwa wkoll wieħed mill-għalliema tal-vuċi f’VocalBooth Studios, kantant principali ta’ bands rinomati Maltin, fosthom ‘Versatile Brass’, u jħarreġ lill-istudenti tiegħu fis-sillabu Rock n’ Pop Vocal ta’ Trinity College ta’ Londra. Jidderieġi wkoll VocalTroupes.

Awtur

BLOODLINE

Bloodline huwa duo li ġie ffurmat fis-Sajf tal-2019, waqt it-tieni staġun ta’ X Factor, fejn kisbu l-ħames post.


Id-Duo huwa magħmul minn Julia Balzan, ta’ għoxrin sena, li qed tistudja l-liġi, u Samira Cauchi, ta’ dsatax-il sena, studenta tas-sixth form.


It-tnejn ilhom ikantaw għal ħafna żmien kif ukoll jipparteċipaw mhux fil-kant biss, iżda wkoll fit-teatru, li fil-fatt iqisuh pjuttost il-bażi artistika tagħhom. F’din ix-xena, Samira rebħet The Entertainers filwaqt li Julia ilha tattendi Masquerade Malta fejn issa tifforma parti mill-grupp teatrali tagħhom, YTM, u tieħu sehem f’diversi spettakli li jtellgħu.


Bl-esperjenzi artistici tagħhom, Julia u Samira jħossu li jistgħu joffru prodott muzikali ġdid. Il-mira tagħhom dejjem hija li jwasslu l-imħabba u l-viżjoni artistika tagħhom lejn l-arti permezz tal-mużika tagħhom.


Dejjem ħassuhom li bħala Bloodline iż-żewġ kantanti jikkumplimentaw ’il xulxin. Flimkien joffru oriġinalità u differenza fil-mużika tagħhom.


Kien propjament waqt iż-żmien tal-pandemija li bdew jikbtu l-lirika huma stess.


Edwin Balzan

Edwin ilu jikteb il-lirika għall-kanzunetti sa minn żogħżitu, fejn però mbagħad għafas iżjed fuq it-teknika u l-produzzjoni mużikali. Infatti Edwin ilu attiv fix-xena tal-mużika elettronika Maltija għal aktar minn tletin sena. Flimkien ma’ Frank Cachia, bħala parti mill-grupp Duo Blank, ikkompona u pproduċa tliet albums u ħareg diversi EPs kemm lokalment kif ukoll ma’ labels barranin.


Edwin kien ikkoproduċa wħud mill-ewwel dance remixes fix-xena lokali għal artisti u gruppi Maltin fosthom Ira Losco, Beangrowers, Sigo, Scream Daisy, Hooligan, kif ukoll ġie fdat sabiex jipproduċi r-remix uffiċjali tas-single tad-diska rebbieħa tal-Festival għall-Eurovision 2003 – “To Dream Again” kantata minn Lynn Chircop. Mill-2015 ’l hawn, Edwin għandu wkoll proġett mużikali ieħor mad-DJ lokali Owen Jay, bl-isem ta’ Parallaks, fejn huma jipproduċu u jikkomponu materjal mużikali fuq synthesizers modulari.


Fl-2013, Edwin (bħala Duo Blank) ingħata rikonoxximent fil-‘Malta Music Awards’ bħala pijunier tal-mużika elettronika f’Malta. Sa mill-2015, huwa jmexxi l-għaqda volontarja ‘Electronic Music Malta’.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Bloodline

Elton Zarb / Glen Vella

Edwin Balzan / Julia Balzan / Samira Cauchi

Mewġ

Kantant

Bloodline

Kompożitur

Elton Zarb / Glen Vella

Awtur

Edwin Balzan / Julia Balzan / Samira Cauchi