Joseph Refalo

Mil-Lenti Tiegħi

Kantant

Joseph Refalo

Kompożitur

Pamela Bezzina

Awtur

Pamela Bezzina

Sinossi

Din il-kanzunetta tittratta dwar kif f’din id-dinja, tagħmel x’tagħmel, tista’ tlaqqatha faċilment! Ngħixu f’soċjetàta’ nies li jridu jiġġudikaw kollox, li jridu jerfgħu salib kulħadd anke jekk ma jafux l-istorja kif vera hi. Ħafna jgħixu u jaġixxu biex jintgħoġbu minn ħaddieħor u mhux kif vera jixtiequ. Il-messaġġ ewlieni ta’ din il-kanzunetta huwa biex ma tagħti każ xejn dak li jistgħu jgħidu ta’ madwarek, għix siegħa b’siegħa u għix kif trid, għax il-ħajja qasira wisq!

Kantant

Beda jitħarreġ fil-vuċi ta’ 10 snin għand is-sopran Silvana Agius. Kompla jimraħ ta’ 13-il sena għand il-kantawtriċi Miriam Christine fl-2007, fejn ħadem fuq l-ewwel kanzunetta oriġinali tiegħu, ‘Tonight’, li ntgħażlet bħala semifinalista fil-Malta Junior Eurosong. Dan kien proprju l-punt tat-tluq fil-karriera tiegħu għaliex fi ftit xhur ġibed l-attenzjoni ta’ Eileen Montesin li stednitu jipparteċipa fil-programm televiżiv 'Don't Stop Me Now', li minnu ħarġu diversi kantanti li llum huma stabbiliti.

Fis-snin ta’ wara, Joseph kien involut f’diversi spettakli li ttellgħu fil-Gżira tat-Tliet Għoljiet fosthom ‘L-Istrina’ u ‘Lejl Imkebbes’, iżda l-imħabba tiegħu lejn il-festivals lokali ħeġġitu jaħdem fuq materjal oriġinali, li bih wasal sal-finali tal-‘Konkors Kanzunetta Indipendenza’ erba’ darbiet bejn l-2009 u l-2017, tas-‘Summer Hit Song Contest’ fis-snin 2011 u 2014 u anke ‘L-Għanja tal-Poplu’ tas-sena 2019. Matul dawn is-snin, Joseph mexa Malta, u t-taħriġ tiegħu komplih għand il-kantawtriċi Pamela Bezzina.

Il-profil tiegħu kompla jikber u fl-2016, il-produtturi tal-programm Ħadd Għalik ikkomunikaw ma’ Joseph Refalo biex jistednuh ikun kantant residenti, rwol li aċċetta. Fl-2017, Joseph intgħażel biex jirrappreżenta lil Malta fl-OGAE Fan Vision Song Contest ġewwa Berlin, il-Ġermanja fejn l-interpretazzjoni tiegħu ratu jikklassifika fir-raba’ post, suċċess ieħor għal Malta.

Kompożitur

Pamela bdiet turi l-interess fil-mużika minn età żgħira ħafna u dan wassalhasabiex tibda titgħallem il-mużika minn età bikrija ġewwa l-iskola tal-mużika f’Għawdex. Iddebuttat fix-xena tal-kant meta kellha tnax-il sena, fejn bdiet tipparteċipa f’diversi konkorsi mużikali fil-gżejjer Maltin, u fl-1999, meta kellha biss 17-il sena, Pamela kkomponiet l-ewwel kanzunetta tagħha li biha rebħet il-Festival taż-Żgħażagħ li kien organiżżat mill-bord tal-kanzunetta Maltija ġewwa Dar il-Mediterran.

Illum Pamela hija assoċjata ħafna mal-mużika soul. Fl-2008, flimkien mal-kantanti Glen Vella u Leontine, iffurmat Animae Gospel Choir. Dan il-kor kiseb fama nazzjonali f’qasir żmien u tella’ diversi kunċerti kbar madwar Malta u Għawdex. Pamela tikteb l-arranġamenti vokali ta’ kull silta li jesibixxi kif ukoll tidderieġi l-istess kor b’passjoni liema bħalha.

Pamela ġiet fdata diversi drabi r-rwol ta’ arranġatriċi u direttriċi vokali f’diversi xogħolijiet mużikali nazzjonali, fosthom il-ftuħ tal-Junior Eurovision (2016), Rockestra, Ġensna, il-ftuħ uffiċċjali tal-Valletta 18 quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Fireworks Festival u bosta oħrajn.

Pamela ntgħażlet ukoll sabiex tifforma parti mill-kontinġent Malti għall-Eurovision Song Contest bħala backing vocalist, ma’ Thea Garret (2010), Glen Vella (2011), Ira Losco (2016) u Christabelle Borg (2018) kif ukoll bħala għalliema vokali ma’ Firelight (2014), Amber (2015), Ira Losco (2016) u Christabelle Borg (2018).

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Joseph Refalo

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Mil-Lenti Tiegħi

Kantant

Joseph Refalo

Kompożitur

Pamela Bezzina

Awtur

Pamela Bezzina