
Min Aħna?

Min Aħna?
Sinossi:
Min aħna? hija kanzunetta b’mistoqsija retorika dwar x’isir minn relazzjoni wara li tintemm. Hija titkellem dwar l-istorja ta’ persuna li baqghet tagħti dak kollu li tista’ biex issalva relazzjoni, minkejja li anke jaf titlef kollox waqt dan il-proċess. Miktuba fuq stil ‘pop ballad’, “Min aħna” hija mżewqa b’melodija memorabbli u relevanti għax-xena tal-mużika tal-lum, b’orkestrazzjoni klassika.
Bijografiji:
Raquel – Artist
Raquel għandha 26 sena, taħdem bħala Marketing Freelancer u hija omm ta’ tifla ta’ sena. Wara vjaġġ ħelu ta’ lezzjonijiet tal-kant u festivals lokali żgħar, ta' 15-il sena għamlet id-debutt tagħha b’’Mhux Pupa Biss’, u ta’ 16-il sena (2014) Raquel għaddiet bħala semifinalista bil-kanzunetta ‘Invisible’ fil-‘Malta Eurovision Song Contest’. Reġgħet ipparteċipat fl-2015 bil-kanzunetta ‘Stop Haunting Me’ u bħala finalista fl-2016 bil-kanzunetta ‘Flashing Lights’. Matul is-snin, Raquel ipparteċipat f’festivals lokali kbar bħal ‘Rockestra’ kif ukoll f’oħrajn internazzjonali, b’mod partikolari f’Londra u l-Italja. Fl-2015 ikklassfikat fit-tieni post f’‘L-Għanja tal-Poplu’ bil-kanzunetta ‘Ċans Ieħor’, u fl-2019 rebħet il-festival tal-‘Beland’ fejn ikklassifikat fl-ewwel post. Fl-2021 kienet finalista f’’Mużika Mużika’ b’’Vizzju’, u fl-2022 finalista fil-‘Malta Eurovision Song Contest’ b’’Over You’.
AIDAN – Kompożitur u Awtur
AIDAN huwa kantawtur Malti ta’ 23 sena, li ilu jaħdem bla waqfien għal dawn l-aħħar snin biex ipoġġi ruħu fil-quċċata tal-ġeneru Pop fil-mużika. Huwa beda jikteb il-kanzunetti fl-2015 waqt workshop f’Londra, u minn hemm ħareġ bosta kanzunetti, li 10 minnhom telaw fl-ewwel post tal-klassifiċi Maltin, u diversi minnhom daħħlu fil-klassifika ta’ iTunes fl-Isvezja u Spanja. Fl-2021 ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu bil-Malti “Naħseb Fik” li qabbżet ’l fuq minn 600,000 stream fuq Spotify biss - u hekk tagħmilha l-akbar kanzunetta bil-Malti fuq Spotify. “Naħseb Fik” rebħet ukoll tliet unuri f’dik is-sena: L-aqwa kanzunetta tas-sena darbtejn u l-aqwa music video tas-sena.
Riċentament AIDAN reġa rebaħ l-aqwa kanzunetta tas-sena 2022 bil-kanzunetta “Ritmu”, li kklassifikat fit-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest 2022. AIDAN ser jkun qed joħroġ l-ewwel album tiegħu “This is Aidan” fl-aħħar ta’ Marzu 2023.
Niżżel il-Lirika

Artist
Raquel

Kompożitur
Aidan Cassar
