Avenue Sky

Minn Taħt l-Ilsien

Kantant

Avenue Sky

Kompożitur

Pamela Bezzina

Awtur

Pamela Bezzina

Sinossi

Xena ta’ qsim il-qalb ta’ mara ddisprata f’belt fejn għaddejja gwerra ħarxa, tgħannaq lil uliedha u twegħedhom li akkost ta’kollox trid teħlishom minn dan it-terrur li ma jistħoqqilhomx jitrabbew fih; waqt li suldat jaqdi dmiru għall-pajjiżu ’l bogħod minn familtu, joħlom li qed jerġa’ jħoss lil bintu li ħalla warajh isserraħ rasha fuq spallejh u ssib il-wens! Il-kanzunetta fiha nnifisha hija karba għal iktar empatija bejn il-ġnus, ir-razez u l-popli li għalkemm għandhom differenzi kulturali, kollha qegħdin fl-istess baħar jissieltu għal ħajja ideali.

Kantant

Avenue Sky huwa grupp magħmul minn erba’ ġuvintur: Kevin (39), Karl (34), Clive (30) u Andy (30). Dan il-grupp ilu magħqud mill-2016. Il-membri fi ħdan Avenue Sky huma kollha mħarrġa bħala solisti, iżda flimkien joħolqu xi ħaġa unika li f’Malta ftit nisimgħu bħala. Lura fl-2018 ħadu sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘We Can Run’. Għalkemm bdew b’kanzunetti bil-lingwa Ingliża, il-lingwa Maltija dejjem kienet għal qalbhom. Ta’ spiss jaħsbu f’xi kanzunetta klassika Maltija u jaraw kif jistgħu jagħtuha ħoss kemxejn aktar modern. Xi kanzunetti li ħadmu fuqhom matul dawn is-snin kienu ‘Ftakar’, oriġinarjament kantata minn Joe Cutajar, u ‘Sieħbi fil-Cupboard tal-Kċina’, oriġinarjament kantata u miktuba minn Walter Micallef. Permezz ta’ Mużika Mużika Festival Kanzunetta Maltija 2021, Avenue Sky nedew l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħhom bil-Malti, ‘Kompli Tbissem’. Għat-tieni sena konsekuttiva, Avenue Sky jirritornaw fuq il-palk prestiġġjuż tal-istess festival b’kanzunetta totalment differenti fl-istil, ‘Minn Taħt l-Ilsien’

Kompożitur

Pamela bdiet turi l-interess fil-mużika minn età żgħira ħafna u dan wassalhasabiex tibda titgħallem il-mużika minn età bikrija ġewwa l-iskola tal-mużika f’Għawdex. Iddebuttat fix-xena tal-kant meta kellha tnax-il sena, fejn bdiet tipparteċipa f’diversi konkorsi mużikali fil-gżejjer Maltin, u fl-1999, meta kellha biss 17-il sena, Pamela kkomponiet l-ewwel kanzunetta tagħha li biha rebħet il-Festival taż-Żgħażagħ li kien organiżżat mill-bord tal-kanzunetta Maltija ġewwa Dar il-Mediterran.

Illum Pamela hija assoċjata ħafna mal-mużika soul. Fl-2008, flimkien mal-kantanti Glen Vella u Leontine, iffurmat Animae Gospel Choir. Dan il-kor kiseb fama nazzjonali f’qasir żmien u tella’ diversi kunċerti kbar madwar Malta u Għawdex. Pamela tikteb l-arranġamenti vokali ta’ kull silta li jesibixxi kif ukoll tidderieġi l-istess kor b’passjoni liema bħalha.

Pamela ġiet fdata diversi drabi r-rwol ta’ arranġatriċi u direttriċi vokali f’diversi xogħolijiet mużikali nazzjonali, fosthom il-ftuħ tal-Junior Eurovision (2016), Rockestra, Ġensna, il-ftuħ uffiċċjali tal-Valletta 18 quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Fireworks Festival u bosta oħrajn.

Pamela ntgħażlet ukoll sabiex tifforma parti mill-kontinġent Malti għall-Eurovision Song Contest bħala backing vocalist, ma’ Thea Garret (2010), Glen Vella (2011), Ira Losco (2016) u Christabelle Borg (2018) kif ukoll bħala għalliema vokali ma’ Firelight (2014), Amber (2015), Ira Losco (2016) u Christabelle Borg (2018).

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Avenue Sky

Pamela Bezzina

Pamela Bezzina

Minn Taħt l-Ilsien

Kantant

Avenue Sky

Kompożitur

Pamela Bezzina

Awtur

Pamela Bezzina