Festivals Malta

13, Europa Centre,

John Lopez Street, Floriana FRN1400, MALTA

© 2020 Mużika Mużika by Festivals Malta

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Naħseb Fik

Kantant

AIDAN

Kompożitur

AIDAN

Awtur

AIDAN

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinossi

“Naħseb Fik”, ta’ AIDAN fuq kliem u mużika tiegħu stess, hija kanzunetta bi’ stil pop kummerċjali li titratta dwar kif l-awtur qed jikteb rima’ fuq l-imħabba bħala turija ta’ kemm jaħseb f’dil-persuna speċjali. Bi’ ħsejjes moderni u ħjiel ta’ stil reggaeton, “Naħseb Fik”  tappella għal ħafna nies li qegħdin ‘l boghod mill-maħbubin tagħhom.


“Naħseb Fik” hija miktuba fuq stil differenti minn dak li   s-soltu mdorrijin nisimgħu - rittmu mgħaġġel li jikkumplimenta dan l-istil, u jagħmel il-kanzunetta iżjed friska u tajba għar-radju.


AIDAN qal “Ilni ħafna nixtieq naħdem fuq kanzunetta Maltija b’dan l-istil u namalgama dan il-ħoss mal-lingwa Maltija. Nemmen ħafna li biex inżommu l-kanzunetta Maltija ħajja - għandna nevolvu u   nimxu ma’ ħsejjes moderni u ninsab ħerqan biex naqsam din il-kanzunetta   mal-poplu Malti”.

AIDIAN

AIDAN, 20 sena, kantawtur, beda jikkomponi l-mużika lura għall-2015 waqt workshop f’Londra. Minn hemm, hu kiteb bosta singles, 5 minnhom jgħamluha fl-ewwel post tal-klassifiċi lokali, bl-aktar waħda riċenti tidħol anke fi’ klassifika fil-Messiku. Fl-2018, AIDAN kiteb single għas-selezzjoni tal-“Malta Eurovision Song Contest” u kklassifikat fit-3 post mill-ġurija u ddominat fil-klassifiċi lokali u Spotify matul dik il-ġimgħa.


Waqt li spjega l-pjanijiet tal-futur, AIDAN qal “Nixtieq inkompli naqsam l-istil u s-sens ta’ mużika tiegħi mal-pubbliku. Inħossni onorat li nista’ nwassal messaġġ u nuri l-emozzjonijiet tiegħi bil-mużika u l-kliem li nikteb”.


AIDAN jispira ruħu minn artisti internazzjonali bħal Zak Abel, James Smith, Leon, Dua Lipa u Justin Bieber, fost l-oħrajn.  Il-mużika tiegħu tiġi ispirata mill-akkwati u esperjenzi tal-ħajja, li jġegħluh jibdel l-emozzjonijiet f’kanzunetti.