Haley

Nixtieq

Kantant

Haley

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Gerard James Borg

Sinossi

Meta tfajla żagħżugħa issib l-imħabba għall-ewwel darba, kif ukoll meta tiġi ddiżappuntanta, mhux faċli terġa’ tħobb mill-ġdid, mhux faċli terġa’ tafda, u mhux faċli terġa issib il-fiduċja. Anqas mal-bniedem ikollu esperjenza, aktar iddum tgħum fid-dlam. Sakemm issib dak ir-raġġ tad-dawl li jagħtik kurraġġ terġa’ tħobb mill-ġdid u tikteb kapitlu ġdid.

Kantant

Haley Azzopardi għandha 17 il-sena u toqgħod San Ġwann. Bdiet titgħallem il-kant mill-età’ ta’10 snin. Kienet finalista tal-Junior Eurovision 2015. Kienet ir-rebbieħa ta’ Kalamita Festival 2015. B’riżultat ta dan kienet irrappreżentat lil Malta f’Festival Internazzjonali fl-Italja, u hemmhekk spiċċat ir-rebbieħa tal-festival. F’Mejju 2017 rebħet l-ewwel post fil kattegorija tagħha fil-festival ‘Accademia il Talent’ f’l-Italja li intwera fuq Sky Tv. Fi Frar 2018 rebħet il – programm televiżiv “Anke Jien Għandi X’Nuri” li ntwera live fuq stazzjon lokali. . F’April 2018 rebħet Sanremo Junior Malta u rrappreżentat lill-Malta f’Sanremo Junior Mondjali fit-Teatru Ariston ġewwa San Remo fejn klassifikat fit-tielet post. Ħadet sehem fil-musical “Il-Ħanina Maddalena” li ttella fit-Teatru Rjal u kif ukoll fil- musical “It-Tfajla li stunat” fil-prim awla tal- qorti F’Notte Bianca 2019. Haley ħadet sehem Fl-Għanja Tal-Poplu 2021 fejn klassifikat fit-tieni post fil-final bil-kanzunetta ‘IS-SIRENA LI WELLDET IT-TAMA’. Haley tipprattika l- pjanu, għamlet 10 snin tipprattika il ballet u bħalissa qeghda studenta il-Junior College fejn għandha Music flivell Avvanzat u kif ukoll Theatre and Performance flivell intermedjarju.

Kompożitur

Minn età tenera, Philip tgħallem idoqq il-kitarra u ma tantx dam ma beda jinteressa ruħu jikteb xi kanzunetta. Infatti, spiċċa biex kiteb diversi kanzunetti għal diversi artisti Maltin, b’involviment kemm fil-produzzjoni kif ukoll fir-rekordings ta’ ħafna mill-albums ewlenin li ħarġu f’pajjiżna.


Għaldaqstant, illum il-ġurnata, Philip huwa meqjus bħala wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna. Rebaħ diversi kompetizzjonijiet mużikali b’materjal li huwa kkompona, fosthom: il-Malta Eurovision Song Contest; il-Festival tal-Kanzunetta Maltija; L-Għanja tal-Poplu u l-ewwel edizzjoni tal-festival prestiġġjuz MUŻIKA MUŻIKA. Kiseb riżultati prestiġġjużi fosthom it-tieni post fil-Eurovision Song Context fis-sena 2002 bil-kanzunetta “7th Wonder”. Ħa sehem b’suċċess f’ħafna festivals barra minn xtutna fejn kiseb riżultati prestiġġjużi fosthom fi Franza, l-Olanda, it-Turkija, il-Bulgarija, is-Slovenja, il-Belgju u oħrajn.


Iħobb ħafna lil raħal twelidu, il-Mellieħa, u fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali kiteb żewġ musicals: El Mellaħa u aktar riċenti, Naħal tal-Imħabba.

Awtur

Gerard James Borg huwa awtur ta’ ħafna kanzunetti li kisbu suċċess kemm f’Malta, kif ukoll internazzjonalment. Gerard kiteb sitt kanzunetti li rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest, li fosthom insibu l-kanzunetta 7th Wonder li kienet l-aktar viċin biex iġġib ir rebħa għal Malta hekk kif ikklassifikat fit-tieni post, tnax-il punt biss il-bogħod mir-rebħa. Huwa wkoll kien ġie magħżul biex jikteb kanzunetta li rrappreżentat lir-Russja u ġiet fis-sitt post fl-istess konkors. Kanzunetti oħra ta’ Gerard ġew it-tieni fi Franza, l-Islanda u fit-tielet post ġewwa n-Norveġja.


Iżda l-kitba ta’ Gerard evolviet ukoll bl-istess suċċess fid-dinja tal-letteratura. Il-ħames kotba li kiteb, matul dawn is-snin kisbu popolarità kbira mal-pubbliku Malti, hekk kif kull ktieb sab ruħu fil-lista ta’ l-aktar kotba mibjugħa ta’ pajjiżna għal diversi xhur.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Haley

Philip Vella

Gerard James Borg

Nixtieq

Kantant

Haley

Kompożitur

Philip Vella

Awtur

Gerard James Borg