Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Ossiġnu

Kantant

Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Kompożitur

Cyprian Cassar / Joseph Mario Calleja

Awtur

Joseph Mario Calleja / Emil Calleja Bayliss

Sinossi

L-ossiġnu qiegħed f’kull ħaġa li nagħmlu f’ħajjitna. Hu jagħtina n-nifs, jagħtina l-ħajja. Meta dan jibda jonqos jew saħansitra ma jibqax hemm, l-affarijiet jinbidlu. Meta f’ħajtek ikollok nies li jissapportjawk, huma kapaċi jipprovdulek is-sostenn li jkollok bżonn – f’kull ħin u f’kull mument. Il-kanzunetta tħares ukoll lejn l-isfidi li wieħed kapaċi jiltaqa’ magħhom meta l-ossiġnu jisfaxxa fix-xejn u l-ħajja tinbidel għalkollox. Dan inħossuh l-aktar f’ċirkostanzi li f’ħajjitna aħna ma għandniex kontroll fuqhom u b’hekk insibu ruħna f’ċerti sitwazzjonijiet. Il-kanzunetta hija riflessjoni ta’ kif l-imħabba kapaċi tkun l-ossiġnu f’ħajjitna, persuna waħda kapaċi tgħinek tħossok speċjali u tagħtik in-nifs biex int tistinka, taħdem u tibqa miexi ’l quddiem.

Kantant

Lil Danica, bosta Maltin jafuha bħala dik it-tifla ċkejkna li proprju 11-il sena ilu ħadet sehem fil-programm ta’ Gerri Scotti, ‘Io Canto’, li kien jixxandar fuq l-istazzjon Canale 5, bi dwetti ma’ Pierdavide Carone, Ornella Vanoni u Ron, iżda mill-2010 ’l hawn, Danica kompliet tibni l-profil u r-repertorju tagħha b’sehem fl-aqwa spettakli f’pajjiżna, inkluż il-‘Konkors Kanzunetta Indipendenza’, is-‘Summer Hit Song Contest’, il-‘Malta Eurovision Song Contest’ kif ukoll l-ewwel edizzjoni ta’ ‘Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija’.


Din is-sena jingħaqad magħha Joseph Mario Calleja, magħruf ma’ bosta bħala Joseph Kapitlu, għaliex huwa wieħed mill-fundaturi tal-grupp hip-hop Malti, Kapitlu Tlettax. L-irwol tiegħu f’dan il-grupp wasslu għal kitba ta’ bosta kanzunetti, fosthom “Tama” u “Antifona ta’ Mħabba”, parteċipanti fil-festival L-Għanja tal-Poplu fis-snin 2016 u 2017. Għal Joseph, l-użu tal-lingwa Maltija fil-kanzunetta huwa essenzjali sabiex il-ħsieb jiġi spjegat u mifhum sew. Għalkemm din hija l-ewwel kollaborazzjoni bejn Danica Muscat u Kapitlu Tlettax, żgur li mhix ħa tkun l-aħħar waħda.

Kompożitur

Cyprian Cassar

Cyprian kien introdott għall-mużika klassika meta kellu biss 10 snin, minn missieru. Beda jdoqq il-pjanu, il-kitarra, u anka l-bass guitar. Meta kellu 17-il sena beda jinteressa ruħu fil-mużika elettronika u sentejn wara kien diġà kellu l-ewwel studio tiegħu. Wara li ltaqa’ ma’ Joven Grech iffurmaw id-duo Tenishia, proġett li kiseb ħafna riżultati tajbin barra minn xtutna fejn safrattant ikklassifikaw fil-50 post fid-dinja (DJ MAG TOP 100 DJS). Cyprian irnexxielu jdur id-dinja jdoqq il-mużika tiegħu ma’ Tenishia u rebaħ ħafna premjijiet. Meta Cyprian telaq minn Tenishia fl-2016, beda jikkomponi l-mużika għal kantanti Maltin u barranin. Huwa ħadem ma’ ħafna artisti fuq diski oriġinali li kisbu suċċess f’pajjiżna.


Joseph Mario Calleja

Joseph Mario Calleja, magħruf ma’ bosta bħala Joseph Kapitlu, huwa wieħed mill-fundaturi tal-grupp hip-hop Malti, Kapitlu Tlettax. L-irwol tiegħu f’dan il-grupp wasslu għall-kitba ta’ bosta kanzunetti, kemm bħala mużika kif ukoll bħala lirika, fosthom “Tama” u “Antifona ta’ Mħabba”, parteċipanti fil-festival L-Għanja tal-Poplu fis-snin 2016 u 2017, kif ukoll kanzunetti li ma ħadux sehem f’xi festival bħal: “Stenna li Mhux Tistenna”, f’kollaborazzjoni ma’ Janice Mangion b’tifkira tal-għażiż Ramiro, u “Tippruvax” mal-Hooli, ikona tal-ġeneru hip-hop. Għal Joseph, l-użu tal-lingwa Maltija fil-kanzunetta huwa essenzjali sabiex il-ħsieb jiġi spjegat u mifhum sew.

Awtur

Joseph Mario Calleja

Joseph Mario Calleja, magħruf ma’ bosta bħala Joseph Kapitlu, huwa wieħed mill-fundaturi tal-grupp hip-hop Malti, Kapitlu Tlettax. L-irwol tiegħu f’dan il-grupp wasslu għall-kitba ta’ bosta kanzunetti, kemm bħala mużika kif ukoll bħala lirika, fosthom “Tama” u “Antifona ta’ Mħabba”, parteċipanti fil-festival L-Għanja tal-Poplu fis-snin 2016 u 2017, kif ukoll kanzunetti li ma ħadux sehem f’xi festival bħal: “Stenna li Mhux Tistenna”, f’kollaborazzjoni ma’ Janice Mangion b’tifkira tal-għażiż Ramiro, u “Tippruvax” mal-Hooli, ikona tal-ġeneru hip-hop. Għal Joseph, l-użu tal-lingwa Maltija fil-kanzunetta huwa essenzjali sabiex il-ħsieb jiġi spjegat u mifhum sew.


Emil Calleja Bayliss

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali kif ukoll barra minn xtutna.


Kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu immens. Emil rebaħ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta Dwell u fl-2018 bil-kanzunetta Ħaġar Qim. Fl-2018 irnexxielu jirbaħ il-festival l-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Mhux Kulma Jleqq Deheb.


Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza; fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta Bħal Fjura, fl-2018 bil-kanzunetta Il-Pinna u fl-2021 bil-kanzunetta Nifs filwaqt li rebaħ it-talent ġdid erba’ darbiet.


Emil rebaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior fl-2019 bil-kanzunetta Burdati, fl-2020 bil-kanzunetta Tfixkluniex, Tħawduniexu fl-2021 bil-kanzunetta Marelli Ma. Hu rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tliet darbiet; fl-2017 bil-kanzunetta Dawra Tond, fl-2018 bil-kanzunetta Marchin’ On u fl-2020 bil-kanzunetta Chasing Sunsets.


Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta Back To u minn hemm qatt ma ħares lura. Kanzunetta li żgur li jibqa’ magħruf għaliha hija l-kanzunetta Kewkba li kisbet it-tieni post fil-Malta Eurovision tal-2017.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Cyprian Cassar / Joseph Mario Calleja

Joseph Mario Calleja / Emil Calleja Bayliss

Ossiġnu

Kantant

Danica Muscat u Kapitlu Tlettax

Kompożitur

Cyprian Cassar / Joseph Mario Calleja

Awtur

Joseph Mario Calleja / Emil Calleja Bayliss