Artist
Pamela Bezzina
Kompożitur
Pamela Bezzina
Awtur
Pamela Bezzina
Artist
Pamela Bezzina
Kompożitur
Pamela Bezzina
Awtur
Pamela Bezzina
Perfett
Sinopsi
Il-kanzunetta ‘Perfett’ hija riflessjoni onesta ta’ relazzjoni sabiħa ta’ mħabba –– fejn żewġ persuni jistgħu jkunu perfetti għal xulxin anke bl-imperfezzjonijiet tagħhom. Hija rakkont personali ħafna dwar kif min iħobb, ma jiddejjaqx jistenna; min iħobb, jagħti kollox bla ma jippretendi lura; min iħobb, jibqa’ hemm f’kull sitwazzjoni tal-ħajja.
Bijografiji
Pamela Bezzina
Artista, Kompożitriċi u Awtriċi
Pamela Bezzina hija kantawtriċi, arranġattriċi vokali, u għalliema tal-vuċi, magħrufa speċjalment għall-vuċi partikolari tagħha assoċċjata mal-mużika soul u gospel. Hi studjat il-mużika minn età żgħira u ggradwat bħala Patoloġista tal-Vuċi fejn iffukat l-istudji tagħha fuq il-vuċi. Hija wkoll il-fundattriċi u direttriċi ta’ VocalBooth Studios fejn tħarreġ diversi kantanti fit-teknika tal-vuċi, u sservi wkoll bħala għalliema fil-vjaġġ mużikali tagħhom.
Pamela ġiet maħtura diversi drabi sabiex tifforma parti mill-kontinġent Malti għall-Eurovision Song Contest - bħala backing vocalist u voice coach, ma’ Thea Garret (2010), Glen Vella (2011), Firelight (2014), Amber (2015), Ira Losco (2016), Christabelle Borg (2018) u Sarah Bonnici (2024). Pamela kienet ukoll direttriċi f’ħafna okkażżjonijiet nazzjonali, fosthom direttriċi mużikali u arranġatur vokali fl-okkażżjoni tal-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18, li seħħ quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Pamela hija waħda mill-fundaturi u d-direttriċi tal-kor popolari Malti, Animae Gospel Choir.
Pamela kienet il-kompożitriċi rebbieħa rebbieħa tal-konkors Għanja tal-Poplu 2018 tal-kanzunetta ‘Meta r-Ramel Jitħallat mas-Silġ’. Pamela għandha għal qalbha ħafna l-mużika bil-lingwa Maltija u l-hena tagħha tinterpreta u tikteb kanzunetti bil-lingwa Maltija.