OXYGYN

Purgatorju

Kantant

OXYGYN

Kompożitur

Zack Camilleri / Janelle Borg / Luke Camilleri

Awtur

Kurt Abela

Sinossi

Is-silta 'Purgatorju' hija miktuba mill-perspettiva ta’ protagonisti li jsibu rwieħhom ġewwa l-purgatorju. Tispjega l-ewwel emozzjonijiet li dawn l-individwi jesperjenzaw waqt il-ġrajja tagħhom ġewwa dan l-ambjent, kif ukoll l-ħsibijiet li jkollhom rigward l-episodji li wassluhom biex jaslu ġewwa dan il-post mitoloġiku. Matul is-silta tinħass atmosfera ta’ telf ta’ dak li l-protagonisti kellhom fil-passat, u tispikka wkoll ir-realizazzjoni tal-istennija eterna ġewwa l-purgatorju li ser ikollhom jgħixu minkejja x-xewqa b’saħħitha tagħhom li jinħelsu.

Kantant

Oxygyn huwa grupp Malti li jipproduċi mużika alternattiva tal-ġeneru indie-pop li tirrifletti l-kundizzjoni umana u soċjali.

Magħmul mid-dwett tal-aħwa Katia u Kurt, b’Zack bħala kitarrist u Funky Monkey bil-produzzjoni, dan il-grupp jagħmel l-almu tiegħu biex iħalli impatt fuq ix-xena tal-pop. Element kruċjali tal-mużika ta’ Oxygyn huwa l-kontenut liriku u vokali, li jiffoka b’mod astratt fuq il-kumplessità tal-esperjenza umana.

Il-vjaġġ mużikali tagħhom beda lura fl-2015 meta ħarġu l-ewwel diska tagħhom 'CORRODE'. Minn dak iż-żmien, Oxygyn ipproduċew ħames diski oħra ('BUBBLEWRAP', 'BLINDFOLD', 'VENOM', 'WICKED WHITE LIES', u 'MERCY') li juru l-iżvilupp artistiku mill-għeruq indie-pop tagħhom għal kompożizzjonijiet aktar elettroniċi u mmexxija mill-kitarri.

L-għan tal-grupp Oxygyn huwa li jinkoraġġixxi lis-semmiegħa tiegħu biex mhux biss jisimgħu l-mużika tal-grupp, iżda wkoll jirriflettu fuq dak li huma jħossu.

Kompożitur

Zack Camilleri

Zack Camilleri juża l-istage name Zack Walters. L-imħabba tiegħu għall-mużika bdiet tiżvolġi meta kellu madwar tnax-il sena, fejn missierukien semmagħlu xi diski ta’ Metallica u Steve Vai. Minn hemm beda jitgħallem idoqq il-kitarra. Matul is-snin, daqq ma’ diversi artisti stabbiliti u ta’ talent impekkabli, u ġewwa ħafna postijiet differenti madwar Malta, fosthom “Earth Garden” (Oxygyn), “Rockestra 2016” (Rock Troupers), “Beland” (Tenishia) eċċ.


Madwar erba’ snin ilu, minħabba esperjenzi ħorox tal-ħajja, il-mużika bdiet tieħu tifsira differenti għalih, waħda iktar tqila u profonda. Minħabba f’hekk beda jikteb affarijiet oriġinali ħafna iktar ta’ spiss.


Minn dak iż-żmien ’l hawn beda jiskopri l-identità artistika tiegħu iktar billi jikteb u jipproduċi materjal oriġinali għalihjew għall-artisti li jaħdem magħhom, u għalhekk iddeċieda li jiftaħ studio. Il-kanzunetta “Purgatorju” għal Mużika Mużika hija l-ewwel diska li kien il-kompożitur u l-producer primarju tagħha.


Janelle Borg

Janelle Borg hija artista Maltija bbażata ġewwa l-Ingilterra. Ilha involuta fix-xena mużikali Maltija ghal dawn l-aħħar għaxar snin - fosthom mal-grupp Oxygyn bhala kompożitriċi. Janelle hija wkoll parti mill-grupp ĠENN - grupp li qed jagħmel isem ġewwa l-Ingilterra kif ukoll fl-Ewropa. Apparti minn hekk, tħobb torganizza avvenimenti mużikali u taħdem bhala kittieba.


Luke Camilleri

DJ • Producer • Beatbox • Drummer - Luke Camilleri, magħruf aħjar bħala Funky Monkey,

wera interess għal dak kollu li kien kreattiv minn età żgħira. Attenda diversi dixxipplini artistiċi imma t-triq mużikali tiegħu bdiet primarjament mal-banda. Hawnhekk infetħet dinja mużikali fejn il-Funky beda jiġi introdott għat-teorija tal-mużika permezz tat-tagħlim tal-kurunetta. Eventwalment beda jitgħallem il-pjanu, alto horn, perkussjoni u produzzjoni tal-mużika u beatbox. Il-Beatbox hija dixxiplina li hija sinonima ħafna mal-Funky fejn naraw il-versatilità u l-kreattivita jiffjorixxu.


Ta’ erbatax-il sena beda jesperimenta iktar bil-mużika elettronika kif ukoll bil-mużika hip-hop.

Funky Monkey huwa artist influwenti fix-xena alternattiva Maltija, b’numru ta’ kollaborazzjonijiet ma’ diversi aristi fosthom Lapes, Sempliċiment tat-Triq u ħafna oħrajn.


Għall-prestazzjoni live ta’ “Purgatorju”waqt Mużika Mużika, lil Funky Monkey se nkunu qed narawh bħala produttur li jdoqq il-mużika tiegħu live waqt DJ set mal-grupp tiegħu Oxygyn.


Awtur

Kurt Abela huwa individwu gradwat fil-psikoloġija, u student kurrenti tal-psikoloġija forensika fi ħdan l-Università ta’ Malta. Il-karriera tiegħu bħala awtur bdiet lura fl-2010 meta ppublika r-rumanz debutt tiegħu 'Shadow Warrior'. Minn hemmhekk, Kurt beda jiffoka aktar fuq il-kitba tal-poeżija, bi sforz partikolari fuq il-lirika. Ħadem ma’ numru ta’ artisti u producers lokali fuq proġetti artistiċi varji. Minkejja dan, ix-xogħol liriku ta’ Kurt s’issa huwa primarjament iċċentrat madwar il-grupp lokali Oxygyn, fejn s-siltiet kollha tal-grupp huma riżultat tal-pinna tiegħu.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

OXYGYN

Zack Camilleri / Janelle Borg / Luke Camilleri

Kurt Abela

Purgatorju

Kantant

OXYGYN

Kompożitur

Zack Camilleri / Janelle Borg / Luke Camilleri

Awtur

Kurt Abela