Festivals Malta

13, Europa Centre,

John Lopez Street, Floriana FRN1400, MALTA

© 2020 Mużika Mużika by Festivals Malta

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinfonija Ħiemda

Kantant

Miguel Bonello

Kompożituri

Aldo Spiteri u Bradley Spiteri

Awtur

Joe Julian Farrugia

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinossi


Għalkemm ma taranix nitħallat ma’ kulħadd daqs ħaddieħor ma jfissirx li jien xi kwiet. Magħmul hekk, insib wens ġo qoxorti mistħi, f’xi rokna mwarrba, bogħod mill-istorbju u l-folol li ma jagħrfunix. Imma fis-

skiet waħdani tiegħi hemm dinja oħra, dinja li int ma tafx biha. Fiha mogħdijiet sbieħ tal-ħajja, fiha djalogu vivaċi għaddej bejni u bejn ruħi, fiha ħajja li ma tafx b’għira u mibgħeda. Fid-dinja tiegħi qatt ħadd ma jħossu tellief. Iħarsu lejja b’mod differenti, imma jagħmlu hekk għax qatt ma ttantaw jittawlu fid-dinja tiegħi. Il-bieb tiegħi dejjem miftuħ, imma ma jridux jafu. Fid-dinja siekta tiegħi hemm sinfonija sħiħa li intom ma tisimgħuhiex, imma għalija kapolavur.

Miguel Bonello 


Miguel Bonello għandu sbatax-il sena u huwa l-iżgħar fost il-familja Bonello. Huwa student li jattendi l-kulleġġ ta’ San Alwiġi Sixth Form u qiegħed fit-tieni sena. Miguel beda juri l-passjoni tiegħu lejn il-kant minn eta’ żgħira. Beda jattendi l-lezzjonijiet tal-kant fl-2014. F’dawn l-aħħar snin kemm -il darba ħa sehem f’diversi konkorsi lokali u internazzjonali fejn dejjem ġab riżultati tajbin. Fis-sena 2016 irrapreżenta lil Malta fil-konkorsi ġewwa l-Fillandja u l-Latvja fejn fiż-żewġ okkażżjonijiet rebaħ l-ogħla unur, il-‘Gran Prix’. Fl-istess sena rebaħ ukoll il-‘Grand Prix’ tal-konkorsi televiżivi Sajf Ma’ Gaffiero u Misraħ il-Milied. Huwa kien magħżul biex jikkompeti fil-Junior Eurovision Malta 2016. Waħda mill-isbaħ esperjenzi li kellu hi meta fl-2017, rebaħ il-konkors ta’ “San Remo Junior Malta” u tela’ jirrappreżenta lil Malta f’“San Remo Junior” fit-teatru Ariston, fl-Italja, fejn kien akkumpanjat mill-orkestra ta’ San Remo. Ipparteċipa f’“X Factor Malta” fl-ewwel u fit-tieni edizzjoni fejn fid-darbtejn wasal sas-Six Chair Challenge. Fi żmien il-pandemija, Miguel iddedika l-ħin liberu tiegħu biex jaħdem fuq materjal oriġinali.


Aldo Spiteri 


Aldo twieled fl 1971. Huwa miżżewweġ u għandu żewġt’itfal. Ta’ tmin snin beda jitgħallem il-kitarra. Meta kellu sittax -il sena ingħaqad għal ewwel darba ma’ rock band ħhala kitarrist. Aldo kien jikteb xi diski għal bands li kien jifforma parti minnhom. Huwa beda jaħdem bħala music producer kif ukoll jikteb id-diski għal-klijenti tiegħu. 


Bradley Spiteri


Bradley twieled fl 2001 u huwa t-tifel t’Aldo. Minn eta’ żgħira beda jdoqq il-kitarra u jkanta. Beda jikteb id-diski oriġinali meta kellu ħdax-il sena, u minn dejjem kien miġbud lejn melodiji kemmxejn ta' dwejjaq. Il-lirika minn dejjem kienet tinteressah ukoll. Ta’ sbatax -il sena beda jgħin lil Aldo fid-diski li kien jikkomponi għall-klienti tiegħu. Ta’ tmintax-il sena beda jikeb id-diski kompluti għall-klienti. L-istil tiegħu jintlaqa’ tajjeb speċjalment ma’ kantanti żagħżagħ, għax jikteb mużika u lirika kummerċjali u kontemporanja.


Joe Julian Farrugia 


Joe Julian Farrugia huwa kittieb, xandar u awtur tal-lirika. Fis-snin disgħin beda jieħu sehem fil-festivals nazzjonali ta’ pajjiżna b’mod regolari. Fl-1999 kellu kanzunetta magħżula mill-American Airlines biex tindaqq kull meta tintalab diska minn Malta fuq l-ajruplani tagħhom. Rebaħ għadd ta’ festivals lokali fosthom il-“Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija 2013”. Fost festivals internazzjonali, rebaħ darbtejn il-Festival Internazzjonali “Discovery” li jsir fil-Bulgarija u l-Festival “Ti Amo” tar-Rumanija ħames darbiet. Kiteb il-Kor Sinfoniku “ELFEJN U TMINTAX” li fetaħ is-sena tal-Valletta 2018 uffiċjalment. Kiteb xogħolijiet għall-palk fosthom produzzjonijiet soċjali, ballata, musicals u l-pantomima bil-Malti tal-Milied 3 darbiet. Ħareġ erba’ kotba ta’ bijografiji ta’ personaġġi Maltin. Beda fix-xandir fuq ir-radju fl-1993. Wara żmien qaleb għat-televiżjoni billi pproduċa, idderieġa u kiteb diversi programmi. Fost oħrajn, kien producer tal-programm Bijografiji u kiteb il-maġġoranza tal-episodji. Kiteb ukoll għadd ta’ drama għat-televiżjoni, kif ukoll poemi għat-televiżjoni u r-radju. Illum ixandar il-programm għar-radju Bonġu Kafé ma’ Joe Julian.