top of page

Artist

Jamie Cardona

Kompożitur

Jamie Cardona, Aleandro Spiteri Monsigneur, u Shaun Farrugia

Awtur

Jamie Cardona u Aleandro Spiteri Monsigneur

Stajna Konna Aħna

Sinopsi

‘Stajna Konna Aħna’ hija kanzunetta miktuba fi żmien qasir bejn tlett iħbieb li għalkemm dejjem moħħhom fiż-żufjett, kultant iħobbu jieqfu ftit, jisserjaw, u jesprimu ruħhom b’tazza f’idhom. Din id-darba, minflok esprimewha madwar mejda, esprimewha f’din id-diska.

Bijografiji

Jamie Cardona

Artist, Kompożitur u Awtur

Jamie Cardona huwa magħruf l-aktar bħala attur, kif ukoll preżentatur. Huwa wieħed mill-preżentaturi tal-Breakfast Show fuq 89.7Bay. Din is-sena, Jamie pproduċa l-monologu ‘Mid-Djarju ta’ Student fi Skola tal-Knisja’, li kiteb u għadu qed jinterpreta hu stess. Għall-ewwel darba din is-sena, Jamie qed jippreżenta lilu nnifsu bħala kantawtur f’Mużika Mużika.

Shaun Farrugia

Kompożitur

Shaun Farrugia huwa kantawtur u producer mużikali mill-gżira ta' Malta li kiseb popolarità internazzjonali fis-snin riċenti. Huwa magħruf għall-vuċi emozzjonali tiegħu u l-abilità tiegħu li jikteb kanzunetti esperessivi. Shaun beda l-karriera tiegħu billi kiteb u ħadem fuq mużika għal artisti oħrajn, iżda eventwalment beda jirrekordja l-materjal oriġinali tiegħu.

Waħda mill-kollaborazzjonijiet notevoli tiegħu kienet mal-producer rinomat DJ Martin Garrix, li għen lil Shaun jilħaq udjenzi akbar fuq pjattaformi internazzjonali. Xi kanzunetti popolari minn Shaun jinkludu ‘If We’ll Ever Be Remembered’ u ‘Starlight’, li rebħu l-qlub ta’ ħafna bl-istil mużikali modern u l-lirika emozzjonali tagħhom.

Shaun qed ikompli jiżviluppa l-karriera mużikali tiegħu b’mużika ġdida li tibqa’ tagħmel impatt f’Malta u madwar id-dinja. 

Aleandro Spiteri Monsigneur

Kompożitur u Awtur

Aleandro Spiteri Monsigneur huwa pjanist, kompożitur u arranġatur ta’ 25 sena. Huwa jifforma parti mill-grupp rinomat Red Electric, u huwa d-direttur mużikali tal-kantant Shaun Farrugia. Hu kkompona, flimkien ma’ Kurt Calleja u l-kollega mużikali tiegħu Peter Borg, il-kanzunetta rebbieħa ta’ Mużika Mużika 2022 ‘Bla Tarf’, li ilha mal-iżjed 10 kanzunetti lokali mdaqqa fuq ir-radji lokali għal iżjed minn 65 ġimgħa. Huwa ffirmat bħala kittieb tal-kanzunetti mal-publishing company internazzjonali Reservoir Media, u gradwa bl-unuri mill-Università ta’ Malta b’baċċelerat fil-mużika fl-2021.