top of page

Artist

Claudia Faniello

Kompożitur

Glen Vella

Awtur

Philip Vella u Claudia Faniello

Artist

Claudia Faniello

Kompożitur

Glen Vella

Awtur

Philip Vella u Claudia Faniello

Supereroj

Sinopsi

Il-kanzunetta ‘Supereroj’ tittratta l-vjaġġ emozzjonali intens ta’ telfa ta’ imħabba li darba kienet tidher li ma tistax titkisser u insostitwibbli. Il-kanzunetta taqbad l-uġigħ profond u l-weġgħa li ġġib magħha din it-telfa. Madankollu, il-qalba tal-kanzunetta ddur madwar it-temi tar-reżiljenza u s-setgħa ġewwiena. Anki quddiem dan l-uġigħ, il-protagonist jirrikonoxxi s-saħħa interna tiegħu. L-idea ta’ din il-kanzunetta hi li aħna l-eroj tagħna nfusna u nistgħu niġġieldu anki fl-iktar mumenti skuri.

Bijografiji

Claudia Faniello

Artista u Awtriċi

Claudia Faniello hija kantanta Maltija magħrufa għall-vuċi qawwija u emozzjonali tagħha. Twieldet fil-25 ta’ Frar 1988, u minn età żgħira wriet talent fil-mużika, segwita u appoġġjata mill-familja tagħha, speċjalment minn ħuha Fabrizio Faniello li wkoll huwa kantant magħruf. Claudia bdiet tikkompeti f'konkorsi lokali u internazzjonali, fejn malajr ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku bil-kant u l-preżenza unika tagħha fuq il-palk.

Faniello saret magħrufa aktar meta ħadet sehem f'numru ta' edizzjonijiet tal-Malta Eurovision Song Contest, fejn ipparteċipat b’suċċess b’kanzunetti bħal ‘Caravaggio’, ‘Samsara’, u ‘Pure’. Fl-2017 irnexxielha tirbaħ il-kompetizzjoni nazzjonali bil-kanzunetta ‘Breathlessly’, li rrappreżentat  lil Malta biha fil-Eurovision Song Contest f'Kiev fl-Ukrajna. 

Fl-2022, Claudia kompliet turi t-talent tagħha fil-festival Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Ġmielek’, li kklassifikat fit-tielet post.

Faniello tibqa’ waħda mill-aktar artisti Maltin apprezzati għall-versatilità u l-passjoni tagħha għal dak li tagħmel.

Glen Vella

Kompożitur

Glen huwa kantant, kompożitur u għalliem tal-vuċi. Hu beda l-karriera tiegħu fil-kant fl-età ta’ tlettax-il sena, u studja l-vuċi u l-pjanu kemm fit-teorija kif ukoll fil-prattika.

Magħruf fix-xena mużikali tal-pop, u fost ħafna mill-kunċerti li ħa sehem u pproduċa, wieħed mill-ikbar suċċessi ta’ Glen kemm f’Malta u anki barra minn Malta kien meta fl-2011 irrappreżenta  lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ‘One Life’. Apparti minn hekk Glenn kiseb l-ewwel post fil-Fesitval Kanzunetta Maltija, Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Ħarsa Biss’, u kien is-solista fl-ispettaklu ‘Elfejn u Tmintax’; is-sinfonija korali li tnediet fuq it-turġien tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 18.

Glen kien innominat diversi drabi fil-kategorija tal-Aqwa Artist fil-Malta Music Awards diversi drabi, u rnexxielu jirbaħ it-titlu tal-Aqwa Artist Solista, l-Aqwa Kantant u l-Aqwa Vidjow bil-kanzunetta ‘One Life’. Hu rebaħ ukoll il-kategorija tal-Aqwa Kantant fil-One Tribute Awards. Fl-2023 kellu l-opportunità li jippreżenta l-Malta Eurovision Song Contest u kiseb it-tielet post bħala kompożitur fil-Fesitval Kanzunetta Maltija, Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘M’Hawnx Bħalek’. Fl-istess sena pproduċa spettaklu kbir ta’ mużika għall-attivitajiet tal-EuroPride ġewwa Għawdex, ta kunċert live ġewwa l-Belt Valletta, u ġie premjat bil-People Choice Award għall-ħidma tiegħu fi ħdan l-Komunità LGBTIQ+. 

Bil-parteċipazzjoni tiegħu kemm f’festivals lokali kif ukoll barra minn Malta, Glen irnexxielu jikseb diversi suċċessi, fosthom ir-rebħ tal-premju -FIDOF għal tliet darbiet, kif ukoll il-premju tal-ġurija fil-Golden Stag International Festival fir-Rumanija.

Philip Vella

Awtur

Philip Vella huwa meqjus bħala wieħed mill-kantawturi ewlenin f’pajjiżna, kif ukoll bħala awtur ta’ diversi kanżunetti li għamlu suċċess f’ħafna mill-festivals ewlenin f’pajjiżna. Magħruf bħala l-awtur tal-kanżunetta li rebħet il-Festival tal-Kanżunetta Maltija bl-isem ta ‘Min Jaf Għalfejn' u iktar riċenti, tal-Festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanżunetta ‘Il-Verità’. Aktar riċenti nieda l-ħames kollezzjoni ta’ kanzunetti tiegħu bl-isem ‘60+’, li fiha kiteb il-maġġorparti tal-mużika u l-lirika. Philip Vella huwa magħruf ukoll għall-kanżunetti ‘Ġenna u Infern’ u ‘Għalfejn Tħobbni Daqshekk’ li laħqu l-quċċata tal-Klassifika tal-Maltin. Philip kiseb ukoll it-tielet post bil-kanzunetta ‘M'Hawnx Bħalek’ fil-festival Mużika Mużika 2023.