top of page

Artist

Ryan Hili

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Ryan Hili u Sarah Bonnici

Artist

Ryan Hili

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Ryan Hili u Sarah Bonnici

Tagħna t-Tnejn

Sinopsi

Il-kanzunetta 'Tagħna t-Tnejn’ titkellem dwar il-memorji u l-mumenti tant sbieħ u prezzjużi li tkun għaddejt ma’ xi ħadd li tħobb - familja, ħbieb, u  maħbub/a. Madankollu, iż-żmien jgħaddi, iżda din l-imħabba ta' bejniethom tibqa' dejjiema. Flimkien, minkejja t-tlugħ u l-inżul, jgħixu dik il-ħajja li fasslu u bnew, bl-ifjen mod possibbli.

Bijografiji

Ryan Hili

Artist u Awtur

Ryan Hili huwa kantawtur ta’ 29 sena li beda din il-karriera fl-2022 meta rebaħ it-tielet edizzjoni ta’ X Factor Malta. Eżatt wara l-X Factor, Ryan ipparteċipa darbtejn fil-Malta Eurovision Song Contest fejn ikklassifika fit-tieni post bil-kanzunetta 'In The Silence' fl-2023 u fit-tielet post bil-kanzunetta 'Karma' fl-2024. 

Fl-2023, Ryan ġie magħżul biex jaqra l-punti tal-ġurija ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest li sar fl-Iżvezja. 

Barra minn hekk, Ryan kellu l-opportunità li jieħu sehem f'ħafna avvenimenti, kemm dawk lokali kif ukoll internazzjonali. U wkoll  fetaħ għal diversi artisti rinomati.

Cyprian Cassar

Kompożitur

Cyprian Cassar huwa kompożitur, arranġatur u producer li twieled fil-15 ta' Awwissu 1983. Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu, Joven Grech, huwa kien parti mid-duo famuż Tenishia, li kiseb fama internazzjonali u kklassifika fost l-aqwa 100 att fid-DJ Mag għal erba’ snin konsekuttivi.

Minn mindu fetaħ l-istudjo personali tiegħu, Cyprian kellu l-opportunità li jaħdem ma' diversi artisti Maltin, fosthom: Janice Mangion, Danica Muscat, Miriana Conte, Maxine Pace, Enya Magri, Gaia Cauchi, u Kevin Paul.

Żewġ kompożizzjonijiet tiegħu, ‘Marchin’ On’ fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss bil-vuċi t’Ela Mangion u ‘My Home’ fuq lirika ta' Matt ‘Muxu’ Mercieca bil-vuċijiet ta' Ike u Kaya, ġew magħżula biex jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2018 u fl-2021, fejn ikklassifikaw fil-5 u t-12-il post rispettivament.

Fl-2019, kellu wkoll iċ-ċans li silta li kiteb flimkien ma' Niall Mooney, Jonas Gladnikoff, Daniel Muscat Caruana, Anna Banks, Fiachna Ó Braonáin, u Anna Kearney, bl-isem ‘Banshee’, tirrapreżenta lill-Irlanda fil-Junior Eurovision Song Contest 2019.

Matul l-2022 u l-2023, huwa kkompona u pproduċa wkoll il-kanzunetti ‘Jekk Mhux Int’ u ‘Mhux tal-Aħħar’, it-tnejn fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss bil-vuċijiet ta' Lisa Gauci, Drakard, u Maxine Pace. Dawn iż-żewġ kanzunetti kklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet tal-edizzjonijiet rispettivi tagħhom ta' Mużika Mużika, billi spiċċaw fit-tieni u l-ewwel post.

Sarah Bonnici

Awtriċi

Sarah Bonnici hija artista versatili, kompożitriċi u awtriċi, kif ukoll pjanista, u żeffiena. Fl-2024, Sarah kisbet suċċess fil-Eurovision Song Contest ġewwa Malmö, l-Iżvezja, fejn irrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta ‘Loop’. Il-vuċi u l-prestazzjoni enerġetika tagħha laqtu l-qlub ta' eluf ta' ammiraturi madwar id-dinja, filwaqt li wassluha biex tikseb miljuni ta’ streams fuq il-pjattaformi diġitali. Illum Sarah stabilixxiet ruħha bħala figura prominenti fix-xena tal-mużika, kemm dik lokali kif ukoll dik internazzjonali. 

Sarah ġejja minn familja mużikali, fejn kibret b’imħabba kbira għall-mużika. Minn età żgħira, hija bdiet tattendi lezzjonijiet taż-żfin, tal-kant u l-pjanu. Fl-2009, kisbet it-tielet post fil-Malta Junior Eurovision Song Contest u fl-2010 irrappreżentat lill-Malta fil-Junior Eurovision Song Contest bħala żeffiena u backing vocalist ġewwa l-Belarus. Matul is-snin, Sarah tat prestazzjonijiet f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa fosthom fl-Italja, Spanja, l-Olanda, l-Ungerija u r-Renju Unit, fost oħrajn. 

Fl-2023, Sarah ħarġet l-ewwel single tagħha ‘Never Ever’, li mill-ewwel laħqet il-quċċata tal-klassifiki Maltin. Wara s-suċċess fil-Eurovision, Sarah ħarġet żewġ singles oħra; ‘Lose’ u ‘Love You Like That’, li t-tnejn kisbu l-quċċata fil-klassifiki. Riċentement, Sarah tat wirja enerġetika fl-Isle of MTV, fejn fetħet il-kunċert għall-artisti internazzjonali bħal Nelly Furtado, Raye, u DJ Snake. Sarah bħalissa qed tesibixxi l-mużika tagħha f'Malta kif ukoll barra minn Malta, u għaddejja bi proġetti ġodda li l-ammiraturi tagħha qed jistennew b’ħerqa fix-xhur li ġejjin.