top of page

Artist

Brooke

Kompożitur

Cyprian Cassar u Brooke Borg

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Artist

Brooke

Kompożitur

Cyprian Cassar u Brooke Borg

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Tiegħek Jien

Sinopsi

Qabel tasal tlissen dak li tħoss trid tkun ċerta u tneħħi l-biża’ li tieħu l-pass li tħobb bl-iktar mod sinċier u onest. Imħabba li tkun ġenwina mingħajr xinxilli. Imħabba li tagħtik iċ-ċans li tinbidel f’persuna aħjar, imħabba li tiżra fik il-ħolm u t-twettiq tiegħu. Kif tifhem dan kollu, tirrealizza li int lest li tgħix ma’ dik il-persuna speċjali għal dejjem.

Bijografiji

Brooke Borg

Artista

Brooke hija kantawtriċi, li minn età żgħira kienet determinata tibni karriera fil-qasam mużikali. Fil-fatt, minn meta kellha ħames snin bdiet tieħu sehem f'rutini taż-żfin, kunċerti tal-iskola, u dehriet fuq it-televiżjoni lokali. Hi dejjem xtaqet tħalli impatt fuq in-nies bl-arti tagħha, u dan ħeġġiġha biex tieħu l-karriera tagħha għal-livell li jmiss.

Meta kellha biss 17-il sena, iddeċidiet li tmur tgħix Londra fejn kellha ambizzjoni kbira tant li kienet determinata li tħalli impatt. F’Londra bdiet tkanta f’diversi postijiet prestiġjużi bħal Half Moon Putney, O2 Academy, Indigo O2, Proud Camden, u Ronnie Scotts, fejn kellha l-opportunità tiltaqa’ mal-attur favorit tagħha Kevin Spacey u tagħtih album tal-mużika tagħha.

Apparti minn hekk, kellha ċ-ċans li tkun parti mill-ftuħ ta’ kunċerti bħal ta’ Taio Cruz fl-O2 Arena u artisti oħra bħal Loreen u Laura Pausini. Brooke ħadmet ma’ diversi kittieba famuża inkluż dawk li rebħu Grammy Awards, u għamlet dwett mal-kantant Taljan rebbieħ ta’ Sanremo, Tony Maiello.

Fl-2016, ħadet id-deċiżjoni li tittanta xortiha fil-Malta Eurovision Song Contest wara li ħafna segwaċi minn tagħha werew ix-xewqa li hi tagħmel dan! Ħasset li l-kanzunetta 'Golden' kienet b’saħħitha biex tikkompeti u din il-kanzunetta waslitha fit-tieni post tal-Malta Eurovision.

Minn dakinhar qatt ma ħarset lura, ikkompetiet b’suċċess fil-Malta Eurovision Song Contest, ħarġet singles li nltaqgħu tajjeb ħafna mis-segwaċi tagħha u qed tħares b’ħerqa lejn l-avventura tagħha f’Mużika Mużika tal-2025 permezz ta’ ‘Tiegħek Jien’.

Cyprian Cassar

Kompożitur

Cyprian Cassar huwa kompożitur, arranġatur u producer li twieled fil-15 ta' Awwissu 1983. Flimkien mal-ħabib kbir tiegħu, Joven Grech, huwa kien parti mid-duo famuż Tenishia, li kiseb fama internazzjonali u kklassifika fost l-aqwa 100 att fid-DJ Mag għal erba’ snin konsekuttivi.

Minn mindu fetaħ l-istudjo personali tiegħu, Cyprian kellu l-opportunità li jaħdem ma' diversi artisti Maltin, fosthom: Janice Mangion, Danica Muscat, Miriana Conte, Maxine Pace, Enya Magri, Gaia Cauchi, u Kevin Paul.

Żewġ kompożizzjonijiet tiegħu, ‘Marchin’ On’ fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss bil-vuċi t’Ela Mangion u ‘My Home’ fuq lirika ta' Matt ‘Muxu’ Mercieca bil-vuċijiet ta' Ike u Kaya, ġew magħżula biex jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2018 u fl-2021, fejn ikklassifikaw fil-5 u t-12-il post rispettivament.

Fl-2019, kellu wkoll iċ-ċans li silta li kiteb flimkien ma' Niall Mooney, Jonas Gladnikoff, Daniel Muscat Caruana, Anna Banks, Fiachna Ó Braonáin, u Anna Kearney, bl-isem ‘Banshee’, tirrapreżenta lill-Irlanda fil-Junior Eurovision Song Contest 2019.

Matul l-2022 u l-2023, huwa kkompona u pproduċa wkoll il-kanzunetti ‘Jekk Mhux Int’ u ‘Mhux tal-Aħħar’, it-tnejn fuq lirika ta' Emil Calleja Bayliss bil-vuċijiet ta' Lisa Gauci, Drakard, u Maxine Pace. Dawn iż-żewġ kanzunetti kklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet tal-edizzjonijiet rispettivi tagħhom ta' Mużika Mużika, billi spiċċaw fit-tieni u l-ewwel post.

Emil Calleja Bayliss

Awtur

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb il-lirika għall-kanzunetti għal dawn l-aħħar tlettax-il sena fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali u wkoll ħa sehem f’oħrajn 'l barra minn xtutna. 

Hu kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu. Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta ‘Back To’ u minn hemm qatt ma ħares lura.  

Hu kiseb l-ewwel post fil-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta ‘Dwell’ u fl-2018 bil-kanzunetta ‘Ħaġar Qim’, filwaqt li fl-2018 rebaħ il-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta ‘Mhux Kulma Jleqq Deheb’.

Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza fejn fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta ‘Bħal Fjura’, fl-2018 bil-kanzunetta ‘Il-Pinna’ u fl-2021 bil-kanzunetta ‘Nifs’. Fl-edizzjoni Junior tal-istess konkors,  Emil kiseb l-ewwel post fl-2019 bil-kanzunetta ‘Burdati’, fl-2020 bil-kanzunetta ‘Tfixkluniex, Tħawduniex’ u fl-2021 bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’. 

Tliet kanzunetti miktuba minnu rrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest; fl-2017 ‘Dawra Tond’, fl-2018 ‘Marchin’ On’ u fl-2020 ‘Chasing Sunsets’. Is-sena li għaddiet kien l-awtur rebbieħ ta’ Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta ‘Mhux Tal-Aħħar’ ta’ Maxine Pace fuq kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar. 