Vizzju

Kantanta

Raquel

Kompożitur

Aidan Cassar

Awtur

Aidan Cassar

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram

Sinossi

Raquel

Raquel tgħid li kull fejn tmur dejjem iqabbluha ma’ kantanta, li finalment dejjem tkun jew Dido jew Sinead O’Connor! Qatt ma kien il-ħsieb tagħha, infatti l-ewwel recording, madwar 15-il sena ilu, kienet marret b’kanzunetta rock u ovvjament il-producer bgħatha lura d-dar. Minn hemmhekk bdiet tiskopri min verament hi. Fl-2013 bdiet tieħu sehem f’festivals lokali differenti bħall-“Malta Eurovision Song Contest”, u anke f’avvenimenti kbar bħal “Rockestra”, “Beland Music Festival” u “The Great Farsons Beer Festival”.


Raquel kellha ukoll esperjenzi barra minn xtutna, bħal gigs, festivals u opportunaitajiet oħra   ġewwa Londra, Liverpool, Edinburgh u Sqallija.   Illum għandha 24 sena, taħdem fid-digital marketing u qed tagħmel ukoll masters fl-istess   qasam.


Raquel tixtieq li   fil-futur il-kant u l-mużika   jibqgħu dejjem preżenti f’ħajjita, u huma l-unika ħaġa li dejjem kienet ċerta fuqha sa minn mindu kellha 5 snin.


AIDAN

AIDAN, 20 sena, kantawtur, beda jikkomponi il-mużika lura għall-2015 waqt workshop f’Londra. Minn hemm, hu kiteb bosta singles, 5 minnhom jgħamluha fl-ewwel post talklassifiċi lokali, bl-aktar waħda riċenti tidħol anke fi’ klassifika fil-Messiku. Fl-2018, AIDAN kiteb single għas-selezzjoni tal-“Malta Eurovision Song Contest” u kklassifikat fit-3 post mill-ġurija u ddominat fil-klassifiċi lokali u Spotify matul dik il-ġimgħa.


Waqt li spjega l-pjanijiet tal-futur, AIDAN qal “Nixtieq inkompli naqsam l-istil u s-sens ta’ mużika tiegħi mal-pubbliku. Inħossni   onorat li nista’ nwassal messaġġ u nuri lemozzjonijiet tiegħi bil-mużika u l-kliem li nikteb”.


AIDAN jispira ruħu minn artisti   internazzjonali bħal Zak Abel, James Smith, Leon, Dua Lipa u Justin Bieber, fost l-oħrajn. Il-mużika tiegħu tiġi ispirata mill-akkwati u esperjenzi   talħajja,li jġegħluh jibdel l-emozzjonijiet f’kanzunetti.

“Vizzju” ta’ Raquel, fuq kliem u mużika ta’ AIDAN, b’ħoss modern u melodija b’saħħitha, tagħti emozzjoni u tagħmel il-kanzunetta etnika fuq stil pop kontemporanju.


Bħal kull vizzju, l-imħabba hija daqstant perikoluża meta tgħaddi minn żmien iebes u esperjenzi koroh. Raquel spjegat “Niftakar li ta’ eta’ żgħira, bosta nies ġibduli l-attenzjoni biex ingawdi l-ħajja u nkun iżjed libera għax għad baqali żmien biex inkun f’relazzjoni. Huma ftit dawk li emmnu li tista’ ssir tħobb ta’ eta żghira u kemm għandha saħħa u sens l-imħabba.” Raquel qalet li din il-kanzunetta tfisser ħafna għalija għax b’permezz ta’ “Vizzju” tista turi l-veru saħħa u kemm taffetwana l-imħabba f’ħajjitna.

Kantanti, Kompożiturti u Awturi