Franklin

Wennisni

Kantant

Franklin

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Emil Calleja Bayliss

Sinossi

Wennisni hija kanzunetta ta’ mħabba li tiddeskrivi l-emozzjonijiet sbieħ li wieħed iħoss ladarba jsib il-maħbub jew maħbuba ta’ ħajtu – meta l-imħabba tkun imħabba vera, imħabba pura, imħabba speċjali – tifhem li kont tassew ixxurtjat li sibt dak kollu li dejjem ħlomt u xtaqt. Mhux kulħadd ikollu din ix-xorti fil-ħajja. Il-fatt li għandek iċ-ċans li taqsam ħajtek, tiftaħ qalbek u tesperjenza l-istess emozzjonijiet ma’ xi ħadd hija xi ħaġa tassew maġika. Kultant int stess iżomm lilek innifsek milli tieħu dan il-pass, pass importanti li tafda u tiftaħ ħajtek għal ħaddieħor. Il-wens li kapaċi tagħtik u toffrilek persuna li tħobbok bl-aktar mod sinċier ma tista’ tibdlu ma’ xejn.

Kantant

Franklin twieled fit-22 ta’ Novembru 1992. Beda jkanta fil-kor ta’ Doreen Galea, imbagħad bħala solist. Huwa l-unika wieħed fil-familja kbira tiegħu bi mħabba kbira lejn il-mużika. Fl-2012 ikkompeta fil-programm televiżiv “Don’t Stop Me Now”, u saħansitra rebaħ. Ta’ 21 sena kkompeta għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Song Contest. Imbagħad ħa sehem ukoll fil-musical prestiġġjuż “Ġensna”, fejn kanta l-kanzunetta “Għajjiena w bil-ġuħ”. Fl-2014 kien parti minn Rockestra, kunċert rinomat fil-kalendarju mużikali ta’ pajjiżna u li llum m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni.


Mument importanti fil-karriera ta’ Franklin kien meta ltaqa’ ma’ Alexander Rybak, li rebaħ il-Eurovision Song Contest fl-2009 bil-kanzunetta ‘Fairytale’ u anke ħadem fuq is-soundtrack tal-film animat “How to Train Your Dragon”. Flimkien ħadmu kanzunetta li kkompetew biha fil-Malta Eurovision Song Contest tal-2015.


Fl-2016 spiċċa fit-tielet post fil-Malta Eurovision Song Contest. Wara li waqaf għal ftit żmien, applika għal X Factor Malta fejn anke wasal mal-aħħar erbatax fil-live shows. Wara pawża mill-2018, Franklin ipparteċipa f’Mużika Mużika 2021 bl-ewwel kanzunetta tiegħu bil-Malti, “Warajk”.


Din is-sena ser jerġa’ jkun parti mill-20 semifinalist bil-kanzunetta tant għal qalbu “Wennisni”, miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’mużika ta’ Cyprian Cassar.

Kompożitur

Cyprian kien introdott għall-mużika klassika meta kellu biss 10 snin, minn missieru. Beda jdoqq il-pjanu, il-kitarra, u anka l-bass guitar. Meta kellu 17-il sena beda jinteressa ruħu fil-mużika elettronika u sentejn wara kien diġà kellu l-ewwel studio tiegħu. Wara li ltaqa’ ma’ Joven Grech iffurmaw id-duo Tenishia, proġett li kiseb ħafna riżultati tajbin barra minn xtutna fejn safrattant ikklassifikaw fil-50 post fid-dinja (DJ MAG TOP 100 DJS). Cyprian irnexxielu jdur id-dinja jdoqq il-mużika tiegħu ma’ Tenishia u rebaħ ħafna premjijiet. Meta Cyprian telaq minn Tenishia fl-2016, beda jikkomponi l-mużika għal kantanti Maltin u barranin. Huwa ħadem ma’ ħafna artisti fuq diski oriġinali li kisbu suċċess f’pajjiżna.

Awtur

Emil Calleja Bayliss ilu jikteb għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn ħa sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali kif ukoll barra minn xtutna.


Kellu x-xorti li jippreżenta numru ta’ kanzunetti ġo festivals lokali li fihom kiseb diversi suċċessi li jibqgħu għal qalbu immens. Emil rebaħ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bħala awtur fl-2017 bil-kanzunetta Dwell u fl-2018 bil-kanzunetta Ħaġar Qim. Fl-2018 irnexxielu jirbaħ il-festival l-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Mhux Kulma Jleqq Deheb.


Emil kiseb diversi suċċessi fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza; fl-2017 rebaħ bil-kanzunetta Bħal Fjura, fl-2018 bil-kanzunetta Il-Pinna u fl-2021 bil-kanzunetta Nifs filwaqt li rebaħ it-talent ġdid erba’ darbiet.


Emil rebaħ il-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior fl-2019 bil-kanzunetta Burdati, fl-2020 bil-kanzunetta Tfixkluniex, Tħawduniexu fl-2021 bil-kanzunetta Marelli Ma. Hu rrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest tliet darbiet; fl-2017 bil-kanzunetta Dawra Tond, fl-2018 bil-kanzunetta Marchin’ On u fl-2020 bil-kanzunetta Chasing Sunsets.

Emil rebaħ l-ewwel festival tiegħu fl-2014 bil-kanzunetta Back To u minn hemm qatt ma ħares lura. Kanzunetta li żgur li jibqa’ magħruf għaliha hija l-kanzunetta Kewkba li kisbet it-tieni post fil-Malta Eurovision tal-2017.

B'kollaborazzjoni ma'

Kantant

Kompożitur

Awtur

Franklin

Cyprian Cassar

Emil Calleja Bayliss

Wennisni

Kantant

Franklin

Kompożitur

Cyprian Cassar

Awtur

Emil Calleja Bayliss