top of page

Ħarsa Biss

Writer's picture: Mużika MużikaMużika Mużika


Lirika


Se nħalli d-dawl mixgħul

fittex itla’, l-ħin għaddej

bla tħalli ’l ħadd jarak

ftit ħin għalina t-tnej’


Jekk ma tistax ibgħatli messaġġ

nifhimha s-sitwazzjoni

ipprova ċċaħħadnix, nibqa’ nistenniek...


Ħarsa biss u nkun tiegħek

ittellagħni ’l fuq minn qiegħ l-art

issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart

ebda rabtiet ma jegħlbu tqanqilietna.

Dak li tfisser għalija

żgur li ħadd ma jifhmu ħlief jien

qalbi tfawwar, fjamma li titħeġġeġ nirien

qatt ma nkun jien daqs meta nkunu bejnietna.


Kull darba li tkun hawn

ħeffa kbira kontra l-ħin

jitwaħħdu n-nifsijiet

suritna meħlusin


Fuq spallti nħoss xufftejk mixtiqin

xewk xewk is-sensazzjoni

idejk jiżżerżqu fuqi bħax-xemx fil-ksieħ...


Ħarsa biss u nkun tiegħek eċċ...

... dejjem nixtieqhom dal-mumenti

għax qatt ma nkun jien daqs meta nkunu bejnietna.


Ħarsa biss u nkun tiegħek

ittellagħni ’l fuq minn qiegħ l-art

issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart

dejjem nixtieqhom dal-mumenti bejnietna.

1,473 views

Comments


bottom of page