Kantant: Cheryl
Kompożitur: Joseph Axiak
Awtur: Joseph Axiak
Il-kanzunetta KENN, interpretata b’mod spettakolari minn Cheryl, titratta dwar konversazzjoni bejn żewġt’ iħbieb. Tul din il-konversazzjoni, il-protagonista tesprimi li qed tinkwieta fuq sieħba minħabba l-mod kif qiegħed jaġixxi.
Għalkemm ir-relazzjoni ta’ dawn iż-żewġt’ iħbieb m’għadhiex li kienet, il-protagonsita xorta waħda tipprova tikkomunika t-tħassib tagħha lejn il-ħabib tagħha li spiċċa jiżola ruħu mis-soċjetà u waqqaf il-komunikazzjoni minn magħha. Filwaqt li toffri kliem t’inkoraġġiment, hi tfakkru li dejjem lesta toffrilu l-għajnuna qabel ma jkun tard wisq.
Bil-kanzunetta tagħha Cheryl twassal messaġġ ta’ tama billi toffri li tkun ta’ kenn għal xi ħadd għal qalba fil-mumenti l-aktar diffiċli ta’ ħajtu.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments