top of page
  • Writer's pictureMużika Mużika

ARA: Waqt il-Provi mal-Orkestra


Il-Malta Philharmonic Orchestra jippreparaw għal Mużika Mużika


Element uniku tal-Festival Kanzunetta Maltija huwa bla dubju s-sehem tal-Malta Philharmonic Orchestra. Mużika Mużika ser jerġa jqajjem it-tradizzjoni tant mixtieqa ta’ orkestra live waqt konkors mużikali.


Maestro Paul Abela spjega li l-kanzunetti ġew addattati minn diversi arranġaturi għal verżjoni orkestrali li tinkludi madwar 50 mużiċist. Permezz ta’ dan l-element ser inkunu nistgħu nisimgħu l-potenzjal komplut u s-seħer tal-kompożizzjonijiet Maltin.


Bħalissa l-orkestra waslu fil-fażi finali tal-provi tagħhom, u kif tistgħu taraw fil-filmat t’hawn taħt il-prestazzjoni mistennija ser tkun waħda fenomenali! Titilfux dan il-festival grandjuż nhar it-18, 19 u 20 ta’ Marzu fid-9:00 ta’ filgħaxija fuq TVM.

355 views
bottom of page