• Mużika Mużika

BLA TARF



Kantant: Kurt Calleja

Kompożitur: Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg

Awtur: Kurt Calleja


Miktuba minn lenti pjuttost personali, BLA TARF ta’ Kurt Calleja, titkellem dwar koppja li l-kantant iltaqa’ magħha hu stess. Hu jgħid, li din il-koppja tant kellha storja li tispirak, li ddeċieda li jiddedika din il-kanzunetta għalihom.


Minkejja li din il-koppja ltaqgħet f’ċirkostanzi mhux ideali, fi żminijiet ta’ tbatija u sfidi personali, huma rnexxielhom jagħmlu kuraġġ lil xulxin u qalb dan kollu sabu l-imħabba vera. Illum il-ġurnata din il-koppja bnew familja flimkien u huma xxurtjati biżżejjed li jgawdu mħabba bla tarf.


Din il-kanzunetta tgħallimna li f’mumenti li forsi jidru mdalma u bla tama, qatt m’għandek taqta’ qalbek, għaliex bis-saħħa tal-imħabba jirnexxilek tegħleb kull tip ta’ sfida.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.


Lura għall-kummentarju live


Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.

1,242 views

Recent Posts

See All