Kantant: Mykill ft Lyndsay u Il-Kalakku
Kompożitur: Michael Cini
Awtur: Matthew Attard
DAK KIEN ŻMIEN hija kanzunetta fuq stil reggaeton b’elementi rap, interpretata minn Lyndsay u Il-Kalakku, b’mużika minn Mykill – grupp li jgħaqqad artisti differenti ġejjin minn stili ta’ mużika varji.
Il-kanzunetta tibda’ billi ssemmi diversi karatteristiċi u personaġġi Maltin li jagħmlu parti mill-identità ta’ pajjiżna, tema li tidwi tul il-lirika tal-kanzunetta. Il-lirika tirrakkonta kif aktar ma jgħaddi ż-żmien aħna qed nitilfu l-individwalità tagħna, u minflok ngħixu f’dinja virtwali. Kanzunetta li tgħallimna li m’għandniex inwarrbu l-valuri tagħna u għandna dejjem niftakru minn fejn bdejna, lil hinn mit-teknoloġija żejda u d-distrazzjonijiet li ġġib magħha l-ħajja.
L-awtur jgħidilna li din il-kanzunetta ġiet ispirata minn mużika li ġeneralment nisimgħuha fuq pjattaformi internazzjonali. B’hekk permezz ta’ din il-kanzunetta ser nisimgħu l-versatilità tal-mużika Maltija kif qatt ma smajniha qabel.
Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.
Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.
Ritratti: Elisa von Brockdorff
Comments