top of page
Writer's pictureMużika Mużika

FITTIXNI



Kantant: Victoria

Kompożitur: Gilbert ‘Bibi’ Camilleri

Awtur: Lon Kirkop


FITTIXNI, interpretata minn Victoria, hija kanzunetta fuq stil ballad li tħaddan it-tema tal-individwalità. In-nuqqas ta’ għarfien flimkien mal-influwenzi esterni u l-ħajja materjali joħonqu l-individwalità tal-persuna u b’konsegwenza l-personalità tal-individwu tintilef titlef qalb il-pressjonijiet soċjali. B’hekk il-persuna bħal donnha ssir persuna kompletament differenti minn dak li vera hi.


Tul il-kanzunetta l-artista b’ferneżija tipprova tfittex lilha nnifisha ġol-maskri li libset hi stess. Dan is-sens ta’ paniku huwa espress mir-ritmu mgħaġġel tal-kanzunetta.

Victoria tgħidilna li hi terrelata ħafna ma’ din il-kanzunetta, għax ġieli esperjenzat mumenti fejn twarrab f’ġenb dak li tant tkun ħadmet għalih u ma tkunx taf għalfejn. Permezz ta’ din il-kanzunetta hi tixtieq twassal il-messaġġ li fil-ħajja għandek tgħożż dak li vera hu importanti għalik lil hinn mill-materjaliżmu li jitfi l-individwalità tagħna.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

404 views

Comments


bottom of page