top of page
Writer's pictureMużika Mużika

Fjamma

Updated: Mar 20, 2021

Kantant – Fabrizio

Kompożitur – Philip Vella

Awtur – Emil Calleja Bayliss


Lirika li tittratta dwar id-dawl u t-tama wara kull żmien diffiċli. Il-kanzunetta tgħallimna li dejjem għandna nkompli għaddejjin u nżommu pożittivi li kollox ser imur għall-aħjar. Il-fjamma tirrappreżenta d-dawl fil-ħajja tagħna – tista’ tkun imħabba, aħbar tajba, x-xemx, etc. Il-fjamma hija t-tama li aħna dejjem għandu jkollna.


L-emozzjoni fil-vuċi ta’ Fabrizio tinħass. Hu jitrasmetti d-diffikultajiet li sab matul it-triq tiegħu u joffri kuraġġ lil dawk li għandhom bżonnu. Il-palk trasforma f’spettaklu fenomenali, bi fjammi u dwal li jissorprenduk.


Fl-aħħar nistgħu naraw naraw lil Fabrizio jżomm fjamma fuq idejħ – viżwal distint fejn l-istampa hija bla kulur u l-fjamma ħamra qed tnemnem bħala turija ta’ kuraġġ u tama.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff






812 views

Kommentare


bottom of page