• Mużika Mużika

Għażiż

Updated: Mar 20

Kantant – Danica Muscat

Kompożitur – Cyprian Cassar

Awtur – Emil Calleja Bayliss


Kulħadd għandu dik il-persuna li jgħożż fil-ħajja tiegħu, persuna li hija għażiża għalina.


L-emozzjoni wara l-vuċi ta’ Danika tiddwi fuq il-palk tagħna, akkumpanjata minn cello waħdani li jispikka ħdejha. Ta min jinnota l-viżwal li juri stampa bla kulur li bil-mod tieħu l-ħajja. Kanzunetta serena b’messaġġ mill-iktar b’saħħtu.


Kanzunetta b’messaġġ personali għall-kantanta li qed tinterpreta din il-kanzunetta b’imħabba u dedikazzjoni għal xi ħadd għażiż għaliha. Ma tistax ma tħossokx emozzjonat wara din il-prestazzjoni mill-isbaħ.


Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur hawn.


Lura għall-kummentarju live


Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.




Ritratti: Elisa von Brockdorff