top of page
Writer's pictureMużika Mużika

GĦAL DEJJEM



Kantant: Norbert

Kompożitur: Peter Borg

Awtur: Norbert


GĦAL DEJJEM, interpretata u miktuba minn Norbert Bondin, tirrakkonta storja ta’ mħabba bla qies li ma tintemm qatt, anke wara l-mewt.


Il-kanzunetta hija waħda personali ħafna għal Norbert għax hija ispirata mill-kuġin tiegħu li kellu aċċident bil-mutur. Il-lirika tgħallimna li għalkemm llum il-ħajja hija mgħaġġla, dejjem għandna nsibu ħin għal dawk li nħobbu għax illum ikunu magħna u għada jaf ma jkunux. Lill-maħbubin tagħna għandna nibqgħu ngħożżuhom u napprezzawhom sakemm għadhom magħna, għax wara jaf ikun tard wisq.


Permezz tal-vuċi tiegħu, Norbert jirnexxielu joħroġ l-emozzjoni ta’ wara l-lirika perfettament. Hu jfakkarna li għalkemm il-maħbubin tagħna m’għadhomx magħna fiżikament, xorta waħda ser jibqgħu f’qalbna għal dejjem.



Aqra aktar dwar il-kanzunetta, l-kantant, awtur u kompożitur HAWN.



Disclaimer: Il-kontenut ta’ dan il-blog huwa bbażat fuq is-sinossi tal-kanzunetta u jirrifletti l-interpretazzjoni tal-awtur.


Ritratti: Elisa von Brockdorff

107 views

Comments


bottom of page